Matthew Caruana Galizia kiteb dan l-artiklu għall-website investigattiv Serb Krik, hu u jwissi kontra l-idea li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea bilfors tfisser duwa u rimedju awtomatiku għall-feriti u għad-difetti strutturali. Lill-qarrejja Serbi tiegħu jgħidilhom s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tat il-lala lil dawk li huma maħmuġin u korrotti li qabel setgħu jimirħu biss fil-konfini ristretti ta’ Malta. Jillustra l-argumant tiegħu billi jsemmi kif is-sħubija fl-UE fissret opportunitajiet għal persuni insinjifikanti bħal Keith Schembri u Neville Gafà biex japprofittaw ruħħom u jħaxxnu bwiethom:

“Iċ-chief of staff tal-Prim Ministru tagħna Keith Schembri kien naqra ta’ skrivan f’bank fis-snin disgħin. Is-sħubija fl-UE u l-elezzjoni fil-gvern ta’ ħabibu sa miċ-ċokon Joseph Muscat, qiegħduh f’pożizzjoni li seta’ jikkorrompi negozju sħiħ jiswa l-biljuni għax-xiri tal-gass, liema negozju sab l-appoġġ ta’ banek Ewropej. Ħabib ieħor tal-Prim Ministru, Neville Gafà, minn assistent f’ħanut tan-nuċċalijiet imħallas bil-paga minima, minn wara skrivanija governattiva mexxa’ l-bejgħ multi-miljunarju lleċtu ta’ viżi Schengen. Mhux talli ma ttieħdux passi kriminali kontrihom: għadhom sal-lum fl-impjieg mal-gvern jaqdu lill-Prim Ministru”.

Il-bqija tal-artiklu issibuh fil-link hawnhekk.