Ma ngħaġġlux
Il-gvern għandu l-ħabta jwissina biex ma ngħaġġlux meta niġu biex niġġudikaw. Kienet motivata minn preġudizzji razzjali l-isparatura li seħħet il-ġimgħa li għaddiet f'Birżebbuġa? Qalulna li nkunu "irresponsabbli" jekk nippruvaw inwieġbu għal din il-mistoqsija qabel ħaġa bħal din tiġi aċċertata mill-investigaturi. Din m'hi xejn ħlief tarka oħra ta' difiża li qed jinħeba warajha l-gvern biex il-verità [...]