Herman Schiavone tilef postu fil-Grupp Parlamentari tal-PN minħabba laqgħa li kellu ma’ Yorgen Fenech tat-Tumas Group. Iżda Kristy Debono postha żammitu u kulma għamlet kien li kitbet ittra ta’ apoloġija.

Araw ftit dan l-iscreen-shot meħud mill-programm ta’ Net TV Iswed fuq l-Abjad preżentat mill-kandidat tal-PN għall-Parlament Ewropew Frank Psaila. Tista’ ssegwi l-programm jekk tidħol f’dan il-link.

L-iscreen shot tinkludi l-ismijiet tal-isponsors tal-programm li fosthom hemm it-Tumas Group immexxi minn Yorgen Fenech.

Diffiċli li jkollok immaġni aħjar minn din biex tiġi emfasizzata d-dipendenza li għandhom il-partiti politiċi fuq in-negozjanti l-kbar. Iżda biex ikun jista’ jkompli għaddej il-programm, il-prezz tal-mistħija u tal-identifikazzjoni mal-korruzzjoni huwa żgħir ħafna.

Kif jista’ l-PN jiġġieled il-korruzzjoni jekk dan jiddependi mill-korruzzjoni biex ikun jista’ jkompli jiffunzjona?

Ara stqarrija b’risposta ta’ Frank Psaila billi taqleb għall-verżjoni bl-Ingliż ta’ dan l-artiklu.