Għandna dritt li nsiru nafu dak li diġà jaf bih hu
Illum il-Qorti ċaħdet l-ilment ta' Adrian Delia li meta l-Avukat Ġenerali rrifjuta li jgħaddilu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant, kien ċaħadlu d-dritt li jesprimi ruħu bħala l-għassies tal-gvern u ddiskrimina kontrih għaliex ta trattament differenti lill-Partit Laburista minn dak li ngħata lill-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia qal li bi ħsiebu jappella mis-sentenza. Għalkemm huwa interessanti, d-dibattitu legali [...]