Xahar mil-lum

By
2019-05-26T16:05:08+02:00Thu, 23rd May '19, 19:19|

Is-saltna tad-dritt: il-#ECJ mistennija li tiddeċiedi dwar it-tnaqqis fl-età tal-irtirar ta' imħallfin li jservu fil-Qorti Suprema tal-#Poland fl-24 ta' Ġunju (C-619/18) — Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (@EUCourtPress) 23 ta' Mejju 2019 Fi żmien xahar mil-lum il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tagħti sentenza importanti f'kawża li għamlet il-Kummissjoni Ewropea kontra l-Polonja dwar il-mod li bih il-gvern ta' dak [...]

Demokrazija tal-fażola

By
2019-05-23T15:54:40+02:00Thu, 23rd May '19, 10:03|

Joe Sammut jaf irebbaħlek Fiat Panda. Iżda jekk int m'intix daqstant ambizzjuż, Owen Bonnici jista' jrebbħek salt laned tal-fażola. Qis li tilbes sewwa għall-okkażjoni.

Il-karrotta u l-frosta

By
2019-05-23T15:59:10+02:00Thu, 23rd May '19, 09:38|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-post ta' Norman Vella. Tfiehem dwar kif ilu 6 snin il-qorti f'kawża li għamel kontra l-gvern jistenna biex l-istess gvern iressaq xhud wieħed jew prova waħda li hi waħda biex jiġġustifika r-raġuni għala kien tkeċċa. Sitt snin sħaħ. U llum ġie mgħarraf li l-kawża ser tkompli f'Ottubru li ġej. Grazzi [...]

L-aqwa li rbaħt karrozza!

By
2019-05-23T15:53:42+02:00Thu, 23rd May '19, 09:20|

X'inhi l-fehma ta' Joe Sammut dwar it-tibdil fil-klima, dwar l-ekonomija sostenibbli, dwar l-inklużjoni soċjali, dwar il-prijoritajiet infrastrutturali u dwar il-kwistjoni tal-Lvant Nofsani bejn l-Iżrael u l-Palestinjani? X'niġi naqa' u nqum! L-aqwa li rbaħt karrozza bis-saħħa tiegħu! Araw naqra x'tbissima għandhom fuq wiċċhom.

Ma jridx jarah elett

By
2019-05-23T15:56:06+02:00Thu, 23rd May '19, 09:04|

Hemm kandidati li tgħidx kemm jieħdu pjaċir meta jissemmew b'ħafna tbaqbieq mill-avversarji politiċi. Għallinqas hekk isostnu - li jieħdu pjaċir. Forsi Cyrus Engerer għandu mnejn ifettillu jaħseb li jien jidhirli li anki l-aktar Laburist mill-ħorox nett m'għandu jivvutalu għaliex mingħalih li jien nikkunsidrah bħala xi forma ta' inkonvenjenza politika. M'għandniex xi ngħidu, m'hix dik ir-raġuni [...]