Kienet sammret il-musmar fuq rasu

By
2019-05-27T15:40:30+02:00Sun, 26th May '19, 21:48|

Hekk kif indawwru l-attenzjoni tagħna minn fuq il-megalomanijaċi faxxisti u populisti li hawn ma saqajn id-demokrazija Maltija għall-megalomanijaċi faxxisti u populisti li qed jixirfu mal-Ewropa kollha b'riżultati oħrajn ħerġin mir-Renju Unit, l-Italja, l-Ungerija u oħrajn, se nħallikom bl-aħħar ħsieb dwar ir-riżultati li kellna f'Malta llum. Adrian Delia leħaq kap tal-PN ftit aktar minn 19 il-xahar [...]

GUEST POST: Il-Bidla li qatt ma kienet – Riflessjonijiet ta’ nazzjonalist imweġġa’

By
2019-05-26T20:34:19+02:00Sun, 26th May '19, 20:33|

Mibgħutha minn xi ħadd li naf: Kulħadd kien qiegħed jistenna li din l-elezzjoni kienet ser tintrebaħ mill-Partit laburista. Il-kwistjoni kienet biss fuq kemm kienet ser tkun kbira l-maġġġoranza. Dalgħodu kollox kien beda juri li Joseph Muscat kien reġa ħareġ rebbieħ, u bdew ġejjin in-numri, 45,000, imbagħad 48,000, imbagħad aktar minn 51,000. Rebħa kbira, li kessħitli [...]

Qed jaħsbu li d-dnub issa ser jorqod

By
2019-05-28T15:09:42+02:00Sun, 26th May '19, 16:03|

Konrad Mizzi u Keith Schembri -- kif ukoll Joseph Muscat -- ttamaw f'riżultat li jsikket lil dawk li qed jikxfu l-korruzzjoni tagħhom minn kemm ilha li Daphne Caruana Galizia kixfet dak li kienu għamlu fil-Panama. Minn dakinhar 'l hawn, tant seħħew żviluppi li forsi ażżardaw jaħsbu li setgħu jgħadduha lixxa u li jaħarbu mill-ġustizzja. Iżda [...]

Qaddejja 5 u 6

By
2019-05-28T15:08:47+02:00Sun, 26th May '19, 10:40|

Hu u ħiereġ mill-bini ta' TVM, Robert Musumeci qal li l-PN qed iħallas il-prezz ta' “ta' blog li għal 10 snin qered lin-nies”. Wara ż-żmien kollu li għadda mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, m'għandhomx il-ħila li jlissnu isimha. Madankollu ma jsibuha diffiċli xejn li jwaħħlu fiha, dsatax il-xahar wara l-qtil tagħha. Hekk kif telaq Musumeci, [...]

Qaddej numru 3

By
2019-05-26T16:10:04+02:00Sun, 26th May '19, 09:46|

Wara Herman Schiavone u Robert Musumeci, tfaċċa l-qaddej numru 3 – David Agius biex ikompli jħawwad fil-borma tal-interpretazzjoni uffiċjali tad-diżastru li l-PN ser ikollu jiffaċċja meta dak li ilna sentejn nafu li ser iseħħ ikun dikjarat uffiċjalment mill-Kummissjoni Elettorali. David Agius kompla fejn ħalla Robert Musumeci: il-votazzjoni tal-bieraħ m'hix dwar Adrian Delia iżda dwar kwistjonijiet [...]

Il-Qaddej numru 2

By
2019-05-26T16:08:44+02:00Sun, 26th May '19, 08:37|

Wara li l-Qaddej numru 1 fid-dinja ta' Adrian Delia – jiġifieri Hermann Schiavone – deher fuq TVM biex igħidilna li d-diżastru elettorali tal-PN m'għandux jaħti għalih Adrian Delia, tfaċċa l-Qaddej numru 2 biex ikompli jżid id-doża. Dan ma kien ħadd ħlief Robert Musumeci, sieħeb Adrian Delia minn naħa avversarja, li jkompli jġebbed il-fehma ta' Herman [...]

Partit jeħtieġ dejjem iżomm saqajh fl-art

By
2019-05-26T16:07:37+02:00Sun, 26th May '19, 07:57|

Herman Schiavone, uffiċjalment deputat Independenti wara li ssospenda ruħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda li fir-realtà huwa qaddej leali fad-dinja ta' Adrian Delia, kien minn tal-ewwel dalgħodu li tkellem fuq TVM dwar dak li konna ilna diġà nafu li kien ser iseħħ fejn għandu x'jaqsam ir-riżultat tal-elezzjoni li saret il-bieraħ. L-intervista li huwa ta fuq TVM ixxandret [...]