Il-Qorti tiċħad talba ta’ 3 Ministri għal estensjoni ta’ xahrejn biex iwieġbu dwart l-inkjesta b’rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet
Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi talbu lill-qorti għal aktar żmien milli soltu jingħata biex iwieġbu għat-talba ta' Repubblika biex titnieda inkjesta dwar allegata korruzzjoni u ħasil ta' flejjes maħmuġin b'rabta mal-iskandlu dwar l-isptarijiet. M'għandniex xi ngħidu, għalkemm it-talbiet li saru fir-rikors li ġie preżentat minn Repubblika sejħulhom bħala “biss spekulazzjoni”, huma lmentaw li [...]