Dan l-imbierek m’hu ħadd ħlief Joseph Mangion, kuntistabbli tal-pulizija u gwardjan volontarju tal-imġieba u tar-reputazzjoni xejn tajba ta’ rjus kbar tal-Labour.

Huwa kien feġġ fiċ-ċentru tal-attenzjoni f’Ġunju tas-sena l-oħra meta ttanta jiċċensura lill-fotografu tar-Reuters Darrin Zammit Lupi li kien qiegħed fuq xogħolu jirrapporta dwar azzjoni li kienu ħadu Il-Kenniesa fuq it-taraġ ta’ Kastilja u li permezz tagħha perrċu xbieha ta’ Konrad Mizzi liebes ilbies tal-ħabsin. U għaliex Konrad Mizzi huwa benjamin ta’ dan l-imbierek, huwa ma felaħx joqgħod pass lura u nesa’ għal kollox li dmiru jikkonsisti fil-ħarsien tal-ġurnalisti li jkunu fuq il-lant tax-xogħol tagħhom u mhux fit-tfixkil tagħhom.

Il-kap tal-union tiegħu, Sandro Camilleri, imlaqqam minn din il-website bħala ‘Inspector Big‘, minflok ta ċanfira mistħoqqa lil Joseph Mangion, qabeż għalih. Għax, wara kollox, x’jiswa’ li tkun ‘pulizija laburist’ jekk ma jkollokx ukoll ħbieb setgħana li jkunu dejjem lesti li jaqbżu għalik?

Arawh naqra b’wiċċu nkwadrat f’Instagram riċenti. Ma ħalla ebda dubju fl-imħuħ x’kwalità ta’ ħobż jiekol.

Għaliex għandkom tkunu tafu li Joseph Mangion ser jivvota Labour.