Hemm kandidati li tgħidx kemm jieħdu pjaċir meta jissemmew b’ħafna tbaqbieq mill-avversarji politiċi. Għallinqas hekk isostnu – li jieħdu pjaċir.
Forsi Cyrus Engerer għandu mnejn ifettillu jaħseb li jien jidhirli li anki l-aktar Laburist mill-ħorox nett m’għandu jivvutalu għaliex mingħalih li jien nikkunsidrah bħala xi forma ta’ inkonvenjenza politika. M’għandniex xi ngħidu, m’hix dik ir-raġuni li jien inħoss li lil dan, ħadd m’għandu jivvutalu.
Diġà huwa tal-mistħija għal pajjiżna li hemm xi ħadd skadut bħal Alfred Sant – dak li għadu jemmen li ‘l-partnership rebaħ’. Għal ġieħna, issa kien jonqos li jkollna bniedem – li qed jaspira li jsir ewroparlamentari – li kien ġie kundannat mill-qorti talli qassam ritratti pornografiċi.
Il-bieraħ Joseph Muscat ipponta subgħajh fuq David Casa u stqarr li lil dan ma jridx jarah elett.
Waqt diskors illejla, Joseph Muscat qal li ma jridnix elett nhar is-Sibt li ġej. Ma qalx għaliex ma jridnix elett, pero ħa ngħidilkom jien għaliex.* Għax lili ma jagħlaqlix ħalqi.* Għax jien nikxiflu s-serq mill-poplu* Għax jien lest niddefendi lil kull wieħed u waħda minnkom.Ma setax poġġiha aħjar. L-għażla ta' nhar is-Sibt hi jekk tridunix inkompli nkun it-tarka tagħkom fil-Parlament Ewropew. Jien inħalli f'idejkom.
Geplaatst door David Casa op Woensdag 22 mei 2019
L-attakk fuq Roberta Metsola ħallieh f’idejn ix-xwejjaħ Martin Scicluna.
Anke jekk jaf li se jirbaħ bil-kbir, Joseph Muscat issa jrid jiddeċiedi hu min għandu jiġi elett fost il-kandidati avversarji. Iżda fil-ħajja ma jistax iġġibha żewġ f’kollox, bħalma ġabha żewġ fis-suppost dibattitu tal-bieraħ.
Il-kandidati kollha għamlu l-kampanja tagħhom u tawna r-raġunijiet tagħhom il-għala għandna nivvutawlhom.
X’jidhirlu u x’ma jidhirlux Joseph Muscat mhux importanti.