Repubblika dwar it-tneħħija ta’ Lawrence Cutajar

By
2020-01-17T13:25:40+01:00Fri, 17th Jan '20, 13:25|

Stqarrija ta' Repubblika IR-RIŻENJA TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA Ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija hija opportunità biex jinbeda l-proċess ta’ riformi u żviluppi meħtieġa fil-Pulizija. Is-soċjeta’ ċivili ilha sentejn u tlett xhur teżiġi dan. Robert Abela avolja tul dan iż-żmien kollu kien membru parlamentari ma kien lissen l-ebda kelma biex jaqbel magħna. Huwa biss issa li qabel magħna li Lawrence [...]

Repubblika dwar il-“kumitat ta’ governanza” li ħatar il-gvern

By
2020-01-17T11:06:32+01:00Fri, 17th Jan '20, 11:06|

Stqarrija ta' Repubblika IR-REAZZJONI TA' REPUBBLIKA GĦALL-KUMITAT DWAR IL-GOVERNANZA LI WAQQAF IL-GVERN Repubblika jidhrilha kien ikun ħafna aħjar li kieku l-Gvern waqqaf ‘kumitat dwar il-governanza tajba’ aktar milli dwar il-governanza biss. Fl-aħħar snin kellna governanza. Kienet governanza dgħajfa mal-kriminali, abbużiva mal-istampa ħielsa u mas-soċjetà ċivili, partiġġjana u mnawwra bil-korruzzjoni. Kellna governanza mifnija b’kunflitti t’interess fejn [...]

Malta kellha għalfejn toqgħod tistenna 27 xahar biex teħles mill-Kummissarju tal-Pulizija?

By
2020-01-17T15:21:40+01:00Fri, 17th Jan '20, 10:45|

Issa Lawrence Cutajar jista' jitfa' l-attenzjoni tiegħu għal kollox fuq il-futbol. Mid-dehra, qed issir moda li dawk li jirtiraw mill-qadi tar-reġim ta' Muscat - b'mod speċjali dawk li dejjem ħasbu li Joseph Muscat għandu żewġ bajdiet tal-azzar - jintefgħu b'ruħhom u ġisimhom fuq il-futbol. Lawrence Cutajar inżamm f'postu fi sforz biex tibqa' ma ssirx ġustizzja [...]

Storja ta’ protesti maħnuqa

By
2020-01-17T13:17:48+01:00Fri, 17th Jan '20, 07:58|

Għal dawn l-aħħar sentejn u fuqhom, is-sit tal-protesta faċċata tal-bini tal-qorti sar kamp tal-battalja fit-taqtieha bejn id-diċenza bażika u l-jedd għal ħajja demokratika minn banda, u l-korla mbeżża' tal-ħatjin li m'humiex lesti li jittolleraw il-protesti, l-aktar minħabba l-fatt li m'għandhomx is-saħħa li jwaqqfuhom. Wieħed m'għandux għalfejn ikollu xi ħiliet psikoloġiċi biex jintebaħ li jekk ikun [...]