Tlifna prim ministru li kien jistħoqq għal Malta

By
2020-01-14T22:14:09+01:00Tue, 14th Jan '20, 18:12|

Illum wara nofsinhar tħabbar li Simon Busuttil ser jinħatar mill-Partit Popolari Ewropew bħala s-segretarju ġenerali l-ġdid tiegħu. Kariga li tixraqlu. F'Ġunju 2017 b'xorti ħażina għalina, dan il-pajjiż għażel lil Joseph Muscat u mhux lilu biex ikun il-prim ministru. Meta ngħid "għalina" ma nfissirx lill-PN li fi ħdanu dak iż-żmien kont inħossni komdu. Bil-kelma "għalina" nfisser [...]

Hawn Pitirross. Dabbar rasek ‘il barra

By
2020-01-14T15:50:00+01:00Tue, 14th Jan '20, 14:44|

  Mid-dehra mhux ser ikun hemm il-kontinwità li kien qed jippretendi Neville Gafà għalih innifsu. Times of Malta qalet li llum ta r-"riżenja" tiegħu. X'aktarx m'għaddielux minn moħħu li kien ser ikollu jagħmel dan. Sal-bieraħ meta Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala prim ministru, kien qisu xi pagun għaliex ħaseb li x-xilep kien ġewwa. Jidher [...]

Parir lill-Prim Ministru: lil Keith Schembri ordnalu jgħaddi l-passwords lill-Pulizija. Issa.

By
2020-01-14T15:21:33+01:00Tue, 14th Jan '20, 14:17|

Il-governanza ta' pajjiż m'hix affari privata tal-uffiċjali tagħha. Ebda uffiċjal tal-gvern m'għandu jitħalla li jisserva b'e-mail accounts privati, b'off-site servers jew b'coded messaging services li ma jkunux decoded ċentralment u mħaddma mill-aġenzija governattiva responsabbli, biex jagħmel xogħol tal-gvern. Fi kliem ieħor, xogħol governattiv m'għandux isir bis-saħħa ta' @josephmuscat.com jew bis-saħħa tal-accounts @gmail.com. Lanqas m'għandu jsir [...]