Għandna 20 mistoqsija għalik, Sur Prim Ministru.

By
2020-01-16T16:41:50+01:00Wed, 15th Jan '20, 23:06|

Minn fuq it-televiżjoni llum il-prim ministru stqarr li “dwar il-governanza tajba, huwa lest li jitkellem bl-istess lingwaġġ ta' Repubblika”. L-unika ħaġa pożittiva li nista' nislet minn din l-istqarrija hi li l-gvern il-ġdid qed jirrikonoxxi l-eżistenza ta' Repubblika - ħaġa li l-gvern li kellna sal-ġimgħa li għaddiet qatt ma wasal biex jagħmilha. Repubblika issa jidher li [...]

Sinjali mħallta

By
2020-01-15T22:39:50+01:00Wed, 15th Jan '20, 16:04|

  Għandna gvern ġdid li ma jinkludix fih lil Joseph Muscat, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Neville Gafà. Ċertament dawn għadhom qed jimirħu x'imkien fil-kuriduri tas-setgħa iżda s-saħħa li kellhom tnaqqsitilhom drastikament. Mhux biss, iżda Owen Bonnici m'għadux ministru tal-ġustizzja u Michael Farrugia m'għadux ministru tal-pulizija. Is-soċjetà ċivili kienet ħadmet qatigħ biex iseħħ [...]

Aqra’ din Sur Prim Ministru

By
2020-01-15T13:47:21+01:00Wed, 15th Jan '20, 11:05|

Il-lejla l-prim ministru, hu u jinsaq lejn id-dar mix-xogħol, jmissu jagħti daqqa t'għajn lil dan l-artiklu li xxandar fil-World Politics Review. Dan l-artiklu kitbu Nate Sibley, uffiċjal tal-riċerka fil- Hudson Institute's Kleptocracy Initiative. L-informazzjoni dan ma jgħaddiehilux David Casa. Skond il-biografija tiegħu, Sibley kiteb żewġ Hudson Institute Reports li xxandru f'The Washington Post, The Wall [...]

Kif għandhom il-ħila li jorqdu bil-lejl?

By
2020-01-15T11:02:18+01:00Wed, 15th Jan '20, 09:53|

Skond l-istorja uffiċjali, Chris Cardona m'aċċettax li jkompli jservi bħala ministru għaliex ġie deċiż li d-dikasteru tal-ekonomija jgħaddi f'idejn ħaddieħor. Din il-verżjoni m'hix daqstant 'il bogħod mill-istorja dwar ir-"riżenja" ta' Neville Gafà. Chris Cardona jidher li ddabbritlu rasu mill-gvern u li dan x'aktarx ma seħħx għaliex huwa vittma innoċenti ta' xi frame-up maħdum minn Keith [...]