Frans Timmermans mgħoddi passata talli ppoża f’ritratt ma’ Joseph Muscat. “Ma min imissu li jippoża issa? Ma’ Kim Jong Un?”

By
2020-01-03T22:05:28+01:00Fri, 3rd Jan '20, 21:03|

Politiċi Ewropej qed jibdew juru sogħba għall-fatt li kienu ppużaw għar-ritratti ma' Joseph Muscat. Frans Timmermans, il-Viċi-President Olandiż tal-Kummissjoni Ewropea, sab ma' wiċċu kritika f'pajjiżu stess talli appoġġja lil Joseph Muscat fl-aħħar xhur tiegħu bħala prim ministru Malti minkejja li dan kien qed jgħatti r-responsabbiltà ta' sħabu fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u minkejja l-korruzzjoni [...]

Ajruplan li fuqu kien riekeb Joseph Muscat ma tħalliex igħaddi mill-ispazju tal-ajru tal-Isvizzera

By
2020-01-04T11:59:20+01:00Fri, 3rd Jan '20, 20:49|

Kontrolluri tal-ajru tal-Isvizzera il-bieraħ filgħodu ma tawx permess biex ajruplan tal-Air Malta li kien f'titjira lejn Londra jgħaddi mill-ispazju tal-ajru ta' dak il-pajjiż. L-ajruplan għalhekk kellu jdawwar ir-rotta Swiss lejn l-Italja u jtir lejn Londra mingħajr ma jmiss mal-ispazju tal-ajru Svizzeru. Riekeb fuq l-ajruplan kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri tal-familja tiegħu. Magħhom [...]

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar ingħaqdu magħna

By
2020-01-03T20:40:51+01:00Fri, 3rd Jan '20, 10:20|

Il-bieraħ Jason Micallef qabad ma' artista li nhar il-Ħadd li ġej ser tkun fuq il-palk wara li din iddeċidiet li tissieħeb fil-protesta kontra l-korruzzjoni. Tgħid il-għala qabad magħha? Qabad magħha għaliex din tidher regolarment f'programm li jixxandar fuq TVM. Għalhekk sabu arma li jistgħu jużawha għar-rikatt, jiġifieri l-konsegwenzi li jkollha ssib ma' wiċċha jekk tiġġieled [...]

Go to Top