Dak li xehed Neville Gafà din il-ġimgħa fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jmeri stqarrijiet li kienu saru fl-2018 minn dak li kien il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela. Wieħed minn dawn it-tnejn qed jigdeb u l-gvern jeħtieġ li jgħidilna min minnhom qed jigdeb.

Din il-ġimgħa, Neville Gafà stqarr li f’idejh kellu passaport diplomatiku u li hu kien irrappreżenta lil Malta f’taħditiet li saru mal-awtoritajiet tal-Libja dwar is-suġġett tal-immigrazzjoni. Qal ukoll li kien intbagħat fuq missjoni uffiċjali tal-gvern u li kien il-Libja fuq “xogħol”. Dan meta l-uniku xogħol tiegħu kien dak ta’ uffiċjal tal-gvern. Huwa qal ukoll li, bis-saħħa tax-xogħol li kien wettaq, kien salva ħajjet eluf li kienu jgħerqu fl-ibħra ta’ bejn Malta u l-Libja li ma kienx għall-ħidma tiegħu.

F’Novembru 2018, dak li kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u li s’issa għadu Ministru, Carmelo Abela lil The Malta Independent on Sunday kien qalilha li l-gvern talab lil Neville Gafà jispjega x’kien mar jagħmel il-Libja. Rapport imxandar f’The Malta Independent on Sunday kien igħid hekk: “Il-Ministru Abela qal li Gafà m’huwiex impjegat fil-ministeru tiegħu u mhux minnu li dan għandu f’idejh passaport diplomatiku.”

“Abela żied igħid li ‘l-gvern kien talab lil Gafà jagħti spjegazzjoni’. Lill-Ministru, Gafà qallu li kien mar il-Libja fuq kwistjoni personali u li kien ħallas għall-vjaġġ minn butu. F’ebda ħin ma kien qed jirrappreżenta lill-gvern.”

Din l-istqarrija saret b’mod uffiċjali minn uffiċjal tal-gvern li sal-lum ma ġietx irtirata. U sa din il-ġimgħa stess, Neville Gafà baqa’ ma meriex lil din l-istqarrija.

Il-Ministru Carmelo Abela issa jeħtieġ igħidilna jekk f’Novembru 2018 kienux gidbulu jew inkella kienx gideb lill-pubbliku huwa stess. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jeħtieġ igħid huwiex minnu jew le li Neville Gafà kellu f’idejh passaport diplomatiku u, jekk dan huwa minnu, min kien dak li ħa d-deċiżjoni li joħroġlu dan il-passaport.

Min ikollu fil-pussess tiegħu passaport diplomatiku jkun intitolat għal sensiela ta’ immunitajiet u ta’ eżenzjonijiet mill-investigazzjoni.

Neville Gafà seta’ kellu fuqu flus kontanti miġburin mit-tixħim fuq il-ħruġ ta’ viżi mediċi: passaport diplomatiku kien jeżentah minn tfittxija fuq il-persuna tiegħu. Seta’ kellu fuqu flus kontanti biex ixaħħam lix-xhieda f’kawża ta’ libell li għamel hu stess kontra min għamel xiljiet fil-konfront tiegħu.

Jekk Neville Gafà qed jigdeb – ħaġa li mhux se jikkonfondi li jagħmel jekk jara li jkun jaqbillu – l-impunità li għadu jgawdi sal-lum jeħtieġ li tintemm.

Jekk kien hemm ministri tal-gvern li kienu għattewlu xturu bil-gideb, dawn jeħtieġ li jitkellmu jekk iridu li jitwemmnu li m’għandhomx rabtiet mal-konġuri kriminali li qed igħattu dawn il-gideb.

Carmelo Abela, Evarist Bartolo u Robert Abela m’huma jgħidu xejn.

Dan is-skiet nafu x’ifisser.