Nhar il-Ħadd li għadda Saviour Balzan kiteb dan li ġej:

In my 32 years of journalism, being locked out, manhandled, thrown out, arrested and abused by government staffers – including former ministerial aides such as Manuel Delia – was part of the experience of being a working journalist. Being killed is not.”

Il-kuntest ta’ din il-kwotazzjoni kien artiklu li jien ikkummentajt dwaru l-bieraħ li permezz tiegħu huwa ttanta jgħid li l-kampanja ta’ mibgħeda mmexxija minn politiċi Laburisti, ewlieni fosthom Glenn Bedingfield, kontra Daphne Caruana Galizia ma kienitx xi ħaġa straordinarja u ma kellha xejn x’taqsam mal-assassinju tagħha. Balzan ried igħid li ġabu ruħom ħażin miegħu daqskemm kienu ġabu ruħħom ħażin magħha, bid-differenza li hu għadu mimli bil-għomor.

Ħsibtha sewwa dwar din il-kitba ta’ Saviour Balzan. Il-korrotti kriminali jogħxew bil-ferħ meta jaraw il-ġurnalisti jitlewmu bejniethom fil-qorti. Jien jidhirli li xorta nistgħu nibqgħu nitlewmu mingħajr ma noqgħodu nidħlu l-qorti. Il-maġistrati issa ilhom għal żmien mhux ħażin jissaportu l-ispettakli fil-qrati ta’ dawk li jieħdu għalihom għal kull ħaġa ta’ xejn.

Għaldaqstant mhux bi ħsiebni noqgħod nagħmel il-kawżi ta’ libell. M’għandniex xi ngħidu, jekk Saviour Balzan ser jieħu għalih talli jien qed insejjaħlu giddieb, jista’ jħarrikni kemm irid. Tkun kawża li tiżdied mal-oħrajn.

Madankollu jeħtieġ li nagħmilha ċara li hemm biss żewġ stqarrijiet li huma minnhom f’dak li hemm ikkwotat mill-kitba ta’ Saviour Balzan. L-ewwel stqarrija li għandha mis-sewwa hi dik li huma ma nqatilx. It-tieni waħda hi li jien kont assistent ta’ ministru għal madwar 14 il-sena.

Iżda jien lil Saviour Balzan m’hu minnu li qatt kont warrabtu, hebbejt għalih, waddabtu ‘l barra, arrestajtu jew abbużajt minnu. Bil-kemm niftakar li kont qatt kellimtu.

Iżda hemm membru tal-kamra tal-aħbarijiet immexxija minn Saviour Balzan li jista’ jgħid li kien hemm okkażjoni waħda li fiha kont warrabtu. Meta kien għadu qed jaħdem mat-Times of Malta, Kurt Sansone kien qed iħejji rapport dwar it-tibdiliet fil-prezzijiet taż-żjut fi żmien il-kriżi taż-żejt. Dak iż-żmien kien jibgħatli sensiela ta’ mistoqsijiet kważi kuljum fuq medda ta’ numru ta’ ġimgħat. Fi stadju minnhom, ħassejt li huwa kien qed jagħmel minn kollox biex jagħtini l-gambetti u saħansitra beda’ jikkwotani b’mod selettiv tant li r-rapporti tiegħu ma kienux qed ikunu fidili ma’ dak li jien kont inkun tassew għidtlu.

Għaldaqstant kont għidlu li ma kienx bi ħsiebni nkompli nwieġeb għall-mistoqsijiet tiegħu.

Dak iż-żmien Gordon Pisani, li kien il-kap tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-gvern, kien bgħat għalija u ordnali biex nattendi laqgħa ma’ dak li kien l-editur tat-Times of Malta Ray Bugeja. Huwa fakkarni li kien xogħol Kurt Sansone li jagħmilli mistoqsijiet anki jekk dawn ikunu ta’ natura diffiċli. Gordon Pisani kien ġibidli widnejja u l-kwistjoni waqfet hemm.

Ma’ Kurt Sansone ma kontx skużajt ruħi. Kien żball li baqa’ jberren f’moħħi. B’xorti tajba, l-imgħallmin tiegħi kienu aktar għorrief milli kont jien u kienu qiegħduni f’posti f’kemm ilni ngħidilkom.

Dan kien episodju li kien seħħ f’ħajjti u li fih kont żbaljajt. Iżda dan ma jfissirx li, għaliex kont żbaljajt, Saviour Balzan għandu xi dritt li jiddieħak bija jew li jpinġini bħal xi ħadd li kont abbużajt biħ. Sa fejn nista’ niftakar, lil Saviour jien dejjem injorajtu. Ċertament qatt ma kont ċempiltlu fis-siegħa ta’ filgħodu biex ngħaddilu l-verżjoni tiegħi, bħalma kien għamel hu ma’ Keith Schembri. Lanqas qatt ma tlabtu biex jigdeb għan-nom tiegħi bħalma kien gideb Keith Schembri.

Jien qatt ma mxejt fuq il-passi ta’ Saviour Balzan. Ta’ sikwit huwa jsemmi bi kburija l-kwistjoni taż-żejt li kienet inkixfet lejlet l-elezzjoni tal-2013. Din ċertament kienet storja li, fl-14 il-sena li ħdimt bħala assistent ministerjali,  ħolqot diffikultajiet politiċi kbar.

Min jaf. Forsi Saviour Balzan għad ikollu d-diċenza li jikkonferma li jien qatt m’għamilt l-iċken attentat biex ngħaddilu perspettiva differenti tal-iskandlu, la qatt warrabtu, la qatt arrestajtu u qatt ma abbużajt minnu. Jien kont xtaqt li nsib tarf tal-iskandlu daqs kemm xtaq li jsib tarf hu.

Għaliex fl-2013 Saviour Balzan wettaq ix-xogħol li soltu jsir minn ġurnalist meta tinkixef il-korruzzjoni u l-gvern ta’ dak iż-żmien, konfrontat b’dan l-iskandlu ta’ korruzzjoni, għamel dak li kien mistenni minnu u li fid-dmir li jagħmel.

Saviour Balzan ma jista qatt jipparaguna dak li seħħ fl-2013 ma’ dak qed iseħħ illum. Huwa qatt ma sab ma’ wiċċu l-intimidazzjoni sistematika u ko-ordinata li kienet issib ma’ wiċċha tista’ tgħid kuljum Daphne Caruana Galizia.

Din hi r-raġuni għal dik il-parti li hu minnha f’dak li kiteb: li hi nqatlet filwaqt li hu għadu mimli bil-għomor.