Ħelsien mill-faxxiżmu
Fil-25 ta' April, l-Italja tfakkar il-jum li fih ħelset darba għal dejjem mir-reġim faxxista. Ftit jiem wara, jiġifieri fit-3 ta' Mejju, jiġi ċelebrat il-jum tal-libertà tal-istampa. Din is-sena il-federazzjoni tal-ġurnalisti tal-Italja, jiġifieri FNSI - iddeċidiet li twaħħad iż-żewġ avvenimenti u qed tfakkar l-isforzi tal-ġurnalisti b'riżq ir-reżistenza kontra l-faxxiżmu, il-gideb li jxerred u l-qawmien mill-ġdid tiegħu [...]