Hu u jiġi intervistat mill-ġurnal Kattoliku Taljan L’Avvenire, kelliem għall-aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex għadda informazzjoni li turi li s-servizzi tas-salvataġġ tal-Italja, ta’ Malta u tal-Libja kienu ngħataw l-informazzjoni kollha li kienu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jsalvaw lill-immigranti li kienu riekbin fuq dinghy li minnhom 5 għerqu u 7 oħra ħadd ma jaf x’sar minnhom.
Dawk li baqgħu ħajjin inġabru ftit qabel tlugħ ix-xemx nhar l-Erbgħa 15 ta’ April. Iżda mill-Ħamis ta’ qabel, il-pajjiżi kollha tal-Mediterran ċentrali injoraw l-appelli kollha li saru mill-NGOs kompriżi l-appelli li saru mill-Alarm Phone.
Bis-saħħa tar-rapporti li saru minn Nello Scavo, il-Frontex ikkonfermat ukoll li minn jiem qabel kienet ħadet ħsieb li tavża lill-pajjiżi kollha li setgħu salvaw lill-immigranti dwar id-dettalji tal-post eżatt fejn kienu fil-baħar:
“Waqt titjiriet ta’ rutina fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid, ajruplani tal-Frontex lemħu dgħajjes li kienu fil-periklu li jegħrqu. U kif huwa meħtieġ skont il-liġijiet internazzjonali, din l-informazzjoni għaddejniha lill-awtoritajiet tas-salvataġġ tal-inħawi”. Dan il-ifisser li tal-Frontex infurmaw lill-awtoritajiet tal-Italja, ta’ Malta u tal-Libja. Tal-Frontex komplew igħidu li “l-liġijiet internazzjonali jeħtieġu li dawn il-pajjiżi – u mhux tal-Frontex – għandhom jikkordinaw fil-missjonijiet ta’ salvataġġ tagħhom”.
Ta’ min isemmi li wara nhar it-Tnejn filgħaxija, għalkemm l-awtoritajiet Maltin ħadu f’idejhom l-operazzjoni ta’ salvataġġ, dawn baqgħu m’għamlu xejn sakemm tqabbdu l-vapuri privati l-Erbgħa filgħodu. Sa l-Erbgħa kien diġà tard wisq għal 12 il-ruħ.
Dak li allegaw tal-Frontex fis-sens lli fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid kienu lemħu dinghy b’immigranti riekbin fuqu – li minnhom għerqu 12 – jinsab konfermat minn din l-analiżi tal-mogħdija tat-titjiriet tal-ajruplani tal-Frontex li saret mill-ġurnalist tal-Mediterraneo Cronaca Mauro Seminara.
Il-bieraħ L’Avvenire kitbet li din l-informazzjoni għandha tkun ta’ rilevanza kbira għall-inkjesta dwar l-imġieba tal-prim ministru Robert Abela. Dawn il-provi jikkonfermaw li l-operazzjoni ta’ salvataġġ setgħet inbdiet ġranet sħaħ qabel u setgħu jiġu salvata ħajjet dawk li għerqu.
Il-ġurnal Kattoliku ikompli jgħid li esperti legali qed janalizzaw din l-informazzjoni li tista’ tiġi mgħoddija lill-qrati internazzjonali.
Il-ġurnal tkellem ma’ Giulia Tranchina, espert dwar l-ażil u drittijiet tal-immigranti li taħdem mad-ditta Wilson Solicitors ta’ Londra, li fakkret li “l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet diġà kkundannat lill-Italja u lil Malta talli dawn kriminalment u illegalment reġġgħu lura immigranti lejn il-Libja. Iżda issa għandna provi ta’ kollużjoni u kompliċità mat-traffikanti Libjani u ma’ dawk li jittorturaw lill-immigranti. Dan jista’ jammonta għal aġir kriminali kontra l-umanità u d-dinjità tal-bniedem”.