Kelliem għall-Kummissarju Għoli dwar ir-Refuġjati (UNCHR) qalli li, wara li saret indaġni, “ma kienu semgħu xejn dwar konsenja ta’ provvisti minn Malta bħala għajnuna”. Il-mistoqsija dwar in-natura ta’ din l-għajnuna saret lill-UNCHR wara li “sorsi infurmati” tal-gvern din il-ġimgħa qalu lil informa lil TVM li “l-gvern Malti bgħat b’kemm jesa’ vapur ta’ għajnuna umanitarja li kienet tikkonsisti f’konsenja ta’ 30 tunnellata ta’ ikel u ilma għall-immigranti”. Il-kelliem tal-UNHCR iċċara li l-aġenzija “mhux bilfors tkun taf b’kollox dwar dak li jkun qed jasal il-Libja”. Madankollu, tal-UNHCR jissorveljaw mill-qrib u jħarsu lir-refuġjati fuq l-art u kienu preżenti meta wasal il-vapur mgħobbi b’dawk l-immigranti li baqgħu ħajjin u li ġew abbandunati meta l-gvern Malti naqas li jsalvahom permezz tal-vapuri tal-armata. Fil-frattemp it-Times of Malta il-bieraħ kellmet lil Charles Grech li, minn naħa tiegħu, kkonferma li kien il-vapur Mae Yemanja kien wassal lill-immigranti lura lejn il-Libja. Huwa kkonferma wkoll li, minkejja l-fatt li kienet inbidlet il-bandiera tal-vapur minn dik Maltija għal waħda tal-Libja, huwa għadu sid il-vapur. Ma spjegax il-għala inbidlet il-bandiera tal-vapur. Ħaddiema li jaħdmu mal-UNHCR fi-bażi Abu Sitta ma raw ebda konsenja ta’ “30 tunnellata ikel u ilma” malli l-Mae Yemenja ttrakka mal-moll u setgħu jaraw b’għajnejhom li l-immigranti kienu mejtin bil-ġuħ u bil-għatx. L-għajnuna setgħet ġiet konsenjata permezz ta’ vapur ieħor. Dan il-vapur seta’ kien it-Tremar li jtajjar il-bandiera Maltija, li huwa vapur li jingħad li kien preżenti meta l-immigranti mid-dinghy rikbu għal fuq il-Mae Yemanja. Madankollu l-informazzjoni xejn m’hi ċara.

Source: marinetraffic.com

Il-gvern għadu ma ta ebda dettalji dwar il-mod kif kienu ġew ippakkjati u konsenjati 30 tunnellata ta’ ikel u ilma. Ma xxandar ebda ritratt ta’ din il-konsenja ta’ għajnuna u l-gvern ma pprovda ebda informazzjoni dwar lil min ġiet mgħoddija. Ċertament ma ġietx mgħoddija lil tal-UNHCR.