Mela issa ammettew li l-mafja ħakmet lill-Partit Laburista

By
2020-06-23T23:07:06+02:00Tue, 23rd Jun '20, 19:59|

Evarist Bartolo kompla bil-karba Danteska dwar il-korruzzjoni li hemm fi ħdan il-partit tiegħu iżda qal li m'hux bi ħsiebu jieħu lezzjonijiet mingħand il-PN dwar l-infiltrazzjoni tal-mafja. Għaliex? Kemm il-assassinju organizzat mill-istat twettaq meta kien hemm il-PN fil-gvern? Evarist Bartolo stqarr li kien biss Alfred Sant li ġġieled kontra l-mafja bis-serjetà qabel leħaq Robert Abela. Ejjew [...]

Mistoqsija tal-aħħar

By
2020-06-23T18:14:24+02:00Tue, 23rd Jun '20, 14:28|

Aktar kmieni llum ktibt dwar il-mistoqsijiet finali li għamel il-bieraħ l-Ispettur Keith Arnaud meta quddiemu kellu lil Keith Schembri bħala xhud fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech. Dawn kienu mistoqsijiet li jien ħassejt li saru biex ikunu saru u mhux b'xi aspettattiva li Keith Schembri kien ser jiżvela xi ħaġa bit-tweġibiet tiegħu. Il-bieraħ, qabel Keith Schembri tela' [...]

Kenneth Camilleri: messaġġier jew bojja?

By
2020-06-23T14:15:44+02:00Tue, 23rd Jun '20, 13:01|

Il-bieraħ Kenneth Camilleri daħal il-qorti taħt suspett li kien serva ta' messaġġier. Ismu kien issemma' tard is-sena li għaddiet meta Melvyn Theuma kien stqarr li Kenneth Camilleri kien żaru d-dar tiegħu fi żmien li fih kien taħt pressjoni kbira minn naħa tal-aħwa Degiorgio biex igħinhom joħorġu mill-ħabs bil-libertà proviżorja. Melvyn Theuma kien ilu jiffitta lil [...]

Keith Schembri jdaħħal lil Joseph Muscat fil-kredu

By
2020-06-23T13:01:01+02:00Tue, 23rd Jun '20, 11:02|

Fl-isfond tal-kontradizzjonijiet, l-iskużi, d-duħħan u d-dikjarazzjonijiet li saru l-bieraħ fil-Qorti, sirna nafu ħwejjeġ ġodda mix-xhieda li ta Keith Schembri. Lejlet dakinhar li Yorgen Fenech ittanta li jaħrab permezz tal-lanċa lussuża tiegħu, Keith Schembri qal li għamel madwar 24 minuta ma' Yorgen Fenech fuq it-telefon u pprova jipperswadih li jibqa' Malta. Qallu li jekk jaħrab, kien [...]

Mhux biżżejjed li jitwaqqa’ gvern

By
2020-06-23T11:48:18+02:00Tue, 23rd Jun '20, 10:26|

Photo: Jon Borg Waqt li kont fil-Belt Valletta ma' dawk li kienu miġburin għall-protesta quddiem il-bini tal-Parlament, rajt titlu ta' storja li xxandret dwar ir-rapport annwali tal-Ombudsman. It-titlu tal-istorja tal-MaltaToday igħid hekk “l-Ombudsman: soċjetà ċivili determinata twaqqa' lill-iskreditat Muscat mis-setgħa”. It-Times of Malta xandret artiklu intitolat hekk: “Soċjetà ċivili waqqgħet gvern – l-Ombudsman,” [...]