X’hemm aktar li Keith Schembri gideb dwaru?

By
2020-06-24T15:51:26+02:00Wed, 24th Jun '20, 14:35|

Bosta minna jistgħu jiftakru b'miżura ta' ċertezza fejn kienu hekk kif semgħu li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. Jiftakru dwar kif saru jafu, ma' min kienu u x'kienu għamlu dak il-ħin. Bosta minna kienu ġew profondament milqutin meta semgħu bl-aħbar. Wieħed għandu jistenna li Keith Schembri kien milqut ukoll u li għandu memorja ċara ta' [...]

Araw x’kien wieġeb fi Frar 2016

By
2020-06-24T12:46:33+02:00Wed, 24th Jun '20, 12:44|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li ttieħed fil-kwartier tal-Partit Laburista dakinhar li lil Konrad Mizzi ħatruh bħala d-deputat mexxej tal-partit. Isimgħu l-ewwel mistoqsija li kienet saritlu. Dan kien fi Frar 2016. Kienu ħatruħ deputat mexxej meta kienu diġà jafu b'dak li kienu jafu l-bieraħ meta ddeċidew li jkeċċuh. Il-Partit Laburista għad irid jagħti rendikont [...]

L-akbar u l-agħar gidba fl-istorja politika Maltija

By
2020-06-24T14:16:47+02:00Wed, 24th Jun '20, 12:43|

Xi drabi niġi mistoqsi mill-ftit li fadal tas-segwaċi ta' Joseph Muscat fejn kont jien meta kienet seħħet xi ħaġa qabel l-2013. Ma nafx għalfejn issirli mistoqsija bħal din għaliex kulħadd jaf it-tweġiba għaliha. Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-ritratt ta' hawn taħt biex tiffriskaw xi ftit il-memorja dwar fejn kien Robert Abela f'Ġunju 2017. Kien qed [...]

Nilqa’ lil Robert Abela u lil sħabu fil-Barra Brigade

By
2020-06-24T12:33:59+02:00Wed, 24th Jun '20, 08:28|

Kienu jsejħulna tal-"Barra Brigade", tal-"klikka ta' Daphne", ‘Ta’ Simon’, ‘Ta’ kontra Delia’, ‘Erba’ anarkiċi’, ‘Nazzjonalisti indannati’ jew ‘Erba’ qtates m’għandhomx x’jagħmlu’. Iva. Ma jfissirx però li ma kellniex raġun. Mhux bi ħsiebni noqgħod insemmi waħda waħda t-tgħajjir li kienet qalgħet Daphne Caruana Galizia tul ħajjitha - iżda għat-tgħajjir kollu li kienet qalgħet, kellha mitt raġun. [...]