Photo: Jon Borg

Waqt li kont fil-Belt Valletta ma’ dawk li kienu miġburin għall-protesta quddiem il-bini tal-Parlament, rajt titlu ta’ storja li xxandret dwar ir-rapport annwali tal-Ombudsman.

It-titlu tal-istorja tal-MaltaToday igħid hekk “l-Ombudsman: soċjetà ċivili determinata twaqqa’ lill-iskreditat Muscat mis-setgħa”. It-Times of Malta xandret artiklu intitolat hekk: “Soċjetà ċivili waqqgħet gvern – l-Ombudsman,” filwaqt li skont The Malta Independentis-soċjetà ċivili kienet waħda mill-fatturi li waqqgħet gvern – l-Ombudsman”.

Ma qgħadx jomgħod il-kliem. Agħati daqqa t’għajn lejn l-introduzzjoni ta’ dak li kiteb l-Ombudsman fir-rapport annwqali tiegħu:

2019 was in many respects a year of turmoil that brought about drastic changes in civil society, the public administration and government. Changes that are bound to have a lasting impact on the country’s way of life, on how it is administered, on the empowerment of the citizens and hopefully, on strengthening the checks and balances required to secure the rule of law and curb abuse of power. The indicators are there.

Expert analysis of events have clearly shown what needs to be done. Whether such an essential project is carried out is another matter. It rests completely in our hands.

It was a year when civil society became more organised, vociferous and proactive. Spurred on by dramatic events that through concert, design or pure coincidence exposed the negative corruptive ties between big business and the public administration. Civil society was galvanised into action.

This and other factors, eventually brought about the downfall in disgrace of an administration that enjoyed the backing of a sizeable majority of the electorate through implementing successful, economic policies.

Kien biss kumbinazzjoni li dan ir-rapport ixxandar dakinhar li reġgħu ssuktaw il-protesti. Dak il-ħin fil-bini tal-Parlament, l-Ombudsman Anthony Mifsud kien qed jippreżenta r-rapport tiegħu lill-iSpeaker Anġlu Farrugia. L-istess Anġlu Farrugia li fit-tifkira tas-Sette Giugno ċanfar lil dawk li qed jipprotestaw u għajjarhom “immaturi” talli dawn kienu għalqu l-aċċess għall-bini tal-Parlament li kull min m’huwiex membru parlamentari.

Anġlu Farrugia ħareġ igħajjar lil dawk li pprotestaw għaliex dawn riegħedu l-art – mhux permezz tal-vjolenza jew tas-sedizzjoni – iżda permezz tal-għajjat ta’ leħinhom u tat-tixjir ta’ dirgħajhom.

Anthony Mifsud irrikonoxxa li s-sejħiet ta’ dawk li pprotestaw kienu ġustifikati u kiteb dwar id-dgħjufija tal-istituzzjonijiet u dwar il-fatt li l-gvern baqa’ lura milli jikkonsulta bis-serjetà dwar l-isfidi li jinsabu quddiem il-pajjiż.  U tkellem ukoll b’dispjaċir dwar “ir-rabtiet negattivi u korrotti bejn in-negozjanti l-kbar u l-amministrazzjoni pubblika”.

Bħall-Ombudsman Anthony Mifsud, aħna nifhmu li fadlilna x’nimxu fit-triq qbadna u li s’issa rnexxielna biss imwasslu biex ċerti persuni twarrbu mix-xena. U dawn twarrbu għax il-gvern kien mingħalih li b’daqshekk kien ser jissodisfana u li konna ser nibqgħu kwieti mingħajr ma naraw iseħħu t-tibdiliet li tassew jeħtieġ il-pajjiż.

Tal-Labour ta’ sikwit ifakkruna li għandna nħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu u dan minkejja l-fatt li l-esperjenza tal-imgħoddi tgħallimna li lill-istituzzjonijiet mhux ta’ min jafdahom. U xi drabi jgħidulna b’mod ċiniku li aħna ninsabu f’minoranza żgħira u li għalhekk għandna nċedu u naċċettaw ir-realtà.

M’għandniex xi ngħidu, diskors bħal dan ninjorawħ u, permezz tal-protesti tagħna, nibqgħu ninsistu li ssir bidla tassew.

Fil-PN hemm min ifakkarna wkoll li dan il-partit huwa l-unika alternattiva għall-gvern preżenti. Li jekk ma nappoġġjawx lill-PN, tal-Labour ser jibqgħu fil-gvern għal żmien twil. U xi drabi jgħiduna b’mod ċiniku li l-PN m’għandux il-ħtieġa li jinbidel, m’għandux il-ħtieġa li jissaffa u m’għandux għalfejn jissodisfa l-aspettattivi tagħna għaliex, f’termini purament relattivi, il-PN m’huwiex ħażin daqs il-Labour.

M’għandniex xi ngħidu, diskors bħal dan ninjorawh ukoll u fin-nuqqas ta’ għażliet oħrajn, ikollna nissuktaw bil-protesti u li ninsistu li għandu jkun hemm bidla tassew.

Dan huwa appuntu dak li jiddistingwi kampanja tas-soċjetà ċivili minn alternanza awtomatika oħra bejn żewġ partiti politiċi. Aħna ma naċċettawx kompromessi u, aħna u niċċelebraw ir-rebħiet, nafu li l-kuluri tagħna huma aqwa minn tagħhom.

The Ombudsman faħħar is-sehem tas-soċjetà ċivili. Matul l-2019, lis-soċjeta ċivili raha timmobilizza u tissaħħaħ. Iżda l-partit politiċi qed juruna li l-mobilizzazzjoni u l-organizzazzjoni huma biss għodda li m’humiex biżżejjed biex imexxu programm politiku ‘l quddiem.

Ma kienx minħaba l-organizzazjoni u mobilizzazzjoni li n-nies ħarġet fit-toroq bi ħġarha bl-eluf tagħha biex issejjaħ għat-twettiq tal-ġustizzja u tal-bidla vera. Dawk li ngħaqdu mal-protesti għamlu dan għaliex riedu jesprimu l-biżgħat u r-rabja tagħhom – minkejja l-fatt li ma setgħux jagħmlu differenza kbira – u biex jesprimu dak li kienu qed iħossu u dak li jixtiequ: jiġifieri ix-xewq tagħhom li jkollhom pajjiż li fih jistgħu jgħixu mingħajr ma jinsterqu jew jinqatlu minn dawk li jiġu eletti biex jigvernaw.

Ma kienx biss l-Ombudsman li ra dan kollu. Joseph Muscat, dak li ppetenda li ħadd ma jista’ jirbaħlu, twerwer u bewweġ ‘il barra minn Kastilja. Fehem u beża’ mi-rabja ta’ dawk li pprotestaw.

Pajjioż ma jistax jiġi mmexxi mit-toroq. Bħal ħaddieħor, għandna seba’ mitt sena biex  naħdmu u ngħajjxu lill-familji tagħna. Iżda sakemm l-Ombudsman jibqa’ l-unika istituzzjoni li qed jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti tal-bidla, m’għandniex għażla ħlief li nerġgħu ninġabru, li nimmobilizzaw, li nissaħħu u li nsejjħu għall-verita u għall-ġustizzja.

Mhux biżżejjed li jitwaqqa’ gvern.

Irridu nibnu Malta ġdida li fiha nistgħu ngħixu kuntenti.

Miskin Anġlu Farrugia!