Il-Kbir ta’ Ħal Luqa

By
2020-06-08T21:11:35+02:00Mon, 8th Jun '20, 17:46|

Byron Camilleri keċċa lil Lawrence Cutajar  wara li ġie żvelat li “l-kbir ta’ Ħal Luqa” - kif sejjaħlu Melvyn Theuma llum fil-qorti - kien jikkanċella l-multi mill-iskrivanija tiegħu fil-kwartier ġenerali tal-pulizija u kien jimmina xogħol l-uffiċjali investigattivi billi jtarraf lill-kriminali b'informazzjoni dwar l-arrest imminenti tagħhom. Robert Abela kien aċċetta r-riżenja ta' Lawrence Cutajar bħala Kummissarju [...]

Min għadu qed igħaddiha lixxa, ma jridx protesti fit-toroq

By
2020-06-08T16:52:21+02:00Mon, 8th Jun '20, 15:51|

Il-bulijiet tas-soltu reġgħu rħewlha għall-Facebook u qed jheddu lil kulħadd biex ara ma jmurx igħaddilhom minn rashom biex jibdew il-protesti fil-Belt Valletta. Il-faxxisti m'humiex kuntenti li l-attivisti għamlu sejħa biex in-nies tinġabar fil-Belt Valletta biex jitfakkar Lassana Cisse, raġel iswed li nqatel għal xejn b'xejn minn uffiċjali libsin l-uniformi. Il-ġustizzja ma' Lassana għadha ma saritx u [...]

Angelo Gafà: kif ser iġib ruħu biex jeqred l-impunità?

By
2020-06-08T16:11:02+02:00Mon, 8th Jun '20, 13:32|

Il-proċess tal-għażla ta' Kummissarju tal-Pulizija ġdid sar aktar kumplikat milli qatt kien. Iżda wieħed seta' jbassar min kien ser jinħatar. L-għażla ta' Angelo Gafà ma kienitx sorpriża, bl-applikazzjoni ta' pulizija li kien isawwat lis-sieħba tiegħu u li kien warrab skreditat, b'kollox. Dan huwa pajjiż tal-lagħba. Il-proċess tal-għażla tal-kap tal-pulizija huwa mmexxi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li l-membri [...]