Anġlu Farrugia ċaħad it-talba tal-Oppożizzjoni biex sala fil-Parlament tiġi ddedikata lil Daphne Caruana Galizia. L-Ispeaker qal li sala msemmija għal ġurnalista li ġiet assasinata għax kienet tikteb kontra l-korruzzjoni, tiġi minn fejn tiġi – Partit Laburista u Partit Nazzjonalista – tkun qed tikser in-newtralita tal-Parlament. Ħrafa. Għax lil Anġlu Farrugia, Daphne Caruana Galizia ma tinżillux. Fl-1984 l-Ispettur Anġlu Farruiga kien arresta lil Caruana Galizia, dak inhar ta’ dsatax-il sena, u ġiegħlha tiffirma stqarrija falza (li kien kiteb hu stess) għax inkella kien jerġa’ jitfagħha f’ċella fid-dlam, bil-ħitan mċappsa bil-ħmieġ uman u barmil taż-żingu flok toilet fejn kienet inżammet għal 27 siegħa. Il-Maġistrat, wara Mħallef, David Scicluna kien emmen lil Daphne u m’aċċettax l-istqarrija li ppreżenta Anglu Farrugia bħala xhieda kontriha għax kienet falza u iffirmata b’theddid.
Anġlu Farrugia għandu ħabta kif jitkellem. Nhar is-Sette Gunio fid-diskors tiegħu faħħar u għamel eroj li dawk in-nies li kienu telgħu l-Belt jipprotestaw għax kien għola il-hobż. Semma li kienu ttellgħu il-Qorti nies, fosthom nisa, li kienu akkużati li għamlu ħerba mid-dar ta’ Cassar Torregiani u kienu akkużati b’serq mill-istess dar. Imbagħad Anġlu Farrugia ikkritika bl-aħrax lill-protestanti li f’Novembru u Diċembru 2019, inġabru quddiem il-Parlament biex jipprotestaw kontra l-gvern korrott ta’ Joseph Muscat u sejħilhom immaturi. Għal Farrugia li tipprotesta kontra l-Gvern Imperjali huwa eroiżmu u li tipprotesta kontra gvern Malti jgħum fil-korruzzjoni hija xi ħaġa immatura.
Ftit tas-snin ilu, Anġlu Farrugia kien fetaħ investigazzjoni dwar ‘serq’ ta’ petrol jew diesel mill-karozza tal-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil. Simon Busuttil mill-ewwel issospenda lix-xufier tiegħu li għadda minn martirju sakemm l-investigaturi ndunaw li kien hemm xi ħaġa mekkanika ħażina fil-karozza.
Dan l-aħħar l-Ispeaker stqarr fil-Parlament li Konrad Mizzi kien għadu qed jitħallas il-paga sħiħa għax kien qed jibgħat ċertifikat li ma jiflaħx. L-għada li ssemma’ li ġie magħżul il-Kummissarju tal-Pulizija ġdid, Alla jbierek Konrad fieq minn kollox. Meta wasal mill-Ingilterra sab xi ġurnalisti jistennewħ. Mizzi qalilhom li kien barra fuq xogħol (ma nafux kienx xogħol għall-gvern jew xogħol privat) u wara marad.
Qalilhom ukoll li kien għajjien għax ġej minn ‘long trip’. Titjira mill-Ingilterra għal Malta tieħu madwar tlett sigħat u ma tissejjaħx ‘long haul’. Xi ħadd kiteb li Konrad Mizzi kien ġej mill-Istati Uniti fejn mar jiltaqa’ ma’ tal-Vitals (tal-bejgħ tal-isptarijiet biex niftehmu). Dak veru vjaġġ twil u jgħajjik. Imma l-Ispeaker ma daħlitlux f’rasu li Konrad Mizzi ma kienx qed jgħid il-verita.
Kullma ried jagħmel kien li jitlob lill-pulizija jiċċekkjaw il-passaport ta’ Konrad Mizzi biex jaraw f’liema pajjiżi kien. Għax jekk Mizzi ma kienx l-Ingilterra allura għamel ċertifikati foloz u b’hekk ikun jista’ jiġi akkużat bi frodi. X’taħseb Sur Speaker? Ta’ min jarha din? Tgħid ta’ min jinvestiga?
L-Aġent Kummissarju Carmelo Magro, dak li waqt il-festin tal-Milied tal-pulizija tat-traffiku qal lil dawk miġbura biex “jissaportjaw lil Parti Laburista li jien tant inħobb,” nistħajlu Inspector Clouseau. Issa Clouseau mhux xi wieħed li jibrilla fl-investigazzjonijiet imma Carmelo Magro jagħmlu jidher qisu Hercules Poirot. Mela meta Silvio Valletta issemma fix-xhieda fil-Qorti li kien qed jgħaddi informazzjoni dwar l-investigazzjoni lil Keith Schembri u Yorgen Fenech, dritt dritt l-Aġent Kummissarju bagħat għaliħ biex jinterrogaħ u jinvestigaħ, kif titlob il-prassi.
Is-Sur Magro għamilha ċara mill-ewwel li din ma kienitx xi ħaga taċ-ċajt. ‘Xi twiegeb fuq dawn l-akkużi, sur Valletta?’ ‘Kollha ħmerijiet u qlajjiet. Niċħad kollox.’ ‘Kollox sew,’ wieġbu Magro. ‘Tista’ tmur. Grazzi tal-koperazzjoni.’
L-Aġent Kummissarju lanqas ġietu f’rasu biex għallinqas jiġbor il-mobile, il-laptop jew forsi xi pendrive li seta’ kellu Valletta u li setgħu jitfgħu dawl ġdid fuq l-investigazjoni. Għal Carmelo Magro iċ-ċaħda ta’ pulizija korrot kienet biżżejjed. Prosit Inspector Clouseau.
Mela espert tal-IT fil-Qorti xehed li hemm possibilta kbira li t-telefon ta’ Chris Cardona kien Velbert – fejn hemm FKK Acapuco, il-burdell fejn Christian mar għal threesome ma’ qaħba. Mhux ta’ b’xejn ċedieħ il-libell li kien għamel lil Daphne. Ja nittien.