Agħtu daqqa t’għajn lejn dan ir-ritratt.
Jidher li Robert Abela ma fehemx il-għala inżebgħet mal-art bl-abjad dik il-marka. Inżebgħet biex iżomm żewġ metri ‘l bogħod mill-iSpeaker. Qatt sema’ dan bit-tifsira taż-żamma tad-distanzi soċjali?
U dan ir-ritratt t’hawn isfel iserrħilna moħħna li tal-Oppożizzjoni qed jagħmlu għassa stretta fuq il-Gvern. Ngħid jien, x’kien ma stiednux lill-Professor Charmaine Gauci biex tieħu belgħa kafè magħhom is-Sibt filgħodu? Nista’ nimmaġina biss x’kienet tkun ir-reazzjoni tagħha li kieku saritilha stedina bħal din. U forsi jistgħu ukoll jispjegaw lill-Kummissarju tal-Pulizija ir-raġunijiet il-għala m’għandhomx ilkoll jeħlu multa talli kienu fost ġemgħa ta’ aktar minn 6 persuni f’post pubbliku.
U oħroġ il-għaġeb, attivisti għadhom sal-lum itellgħu u jniżżlu għandhomx jinġabru fil-Belt Valletta fis-16 ta’ dan ix-xahar biex jipprotestaw u jtennu l-karba tagħhom għal ġustizzja fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia.
Arahom ilkoll bi tbissima fuq fommhom. Qed juru lil kulħadd kif għandna niġu naqgħu u nqumu mil-liġijiet tagħna stess.