Dan m’hu ħadd ħlief l-ewroparlamentari Alex Agius Saliba li, biex inkun ġeneruż miegħu, qed nassumi li fixkel kumitat b’ieħor fil-bini tal-Parlament Ewropew u qara’ diskors b’ieħor. Dan il-bniedem jidher li ma jażżardax jitħaddet bl-Ingliż jekk ma jkollux diskors quddiemu miktub fuq karta għaliex ara x’jiġrilu meta jsib ruħu f’sitwazzjoni li fiha jkollu bilfors jitħaddet mingħajr tħejjija.

Kien qiesu baħnan ikanta l-Aida waqt preżentazzjoni ta’ La Boheme.

X’mistħija!

Issa dan l-imbierek għandu l-ardir kollu li jmur igħid li huwa ħaddieħor li qed igħarraq ir-raputazzjoni ta’ Malta f’għajnejn id-dinja. Agħtu daqqa  t’għajn lejn il-ħarsa f’għajnejn iċ-chairperson tal-laqgħa.

Qed nisħajjilha  tistaqsi lilha nnifisha: jekk dan, li ġab ruħu b’mod tant tal-mistħija, huwa wieħed mis-6 persuni li ttella’ Malta biex jirrappreżentawha fil-Parlament Ewropew, x’razza ta’ nies huma l-bqija tal-Maltin?