Edward Zammit Lewis ammetta l-“ħbiberija” li kellu ma’ with Yorgen Fenech. Bejniethom għadda mal-1000 messaġġ wara li Yorgen Fenech inkixef li hu s-sid tas-17 Black. Flimkien ma’ Robert Abela kien indirizza konferenza stampa biex jiddieħak bl-isforzi li kien qed jagħmel Simon Busuttil fil-qorti biex iġiegħel lill-Pulizija tinvestiga l-iskandlu 17 Black. U ftit wara, kkomunika ma’ Yorgen Fenech biex jirrakkontalu dwar dak li kien għamel.

Dawn kienu ħobża u sikkina mal-kriminalità, mal-flus u mas-setgħa: fatt li l-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kkonkludew li kien il-kawża tal-ħolqien tal-impunità li wassal biex inqatlet Daphne Caruana Galizia. Kienu appuntu dawn il-“ħbiberiji” li taw lill-qattiela ta’ Daphne x’jifhmu li kienu ser igħadduha lixxa.

U issa, Edward Zammit Lewis qed jippretendi li jgħaddiha lixxa wkoll.

Jeħtieġ nagħmlu sforz biex inġiegħluh iwarrab. Ingħaqad magħna barra l-uffiċċju tiegħu fi Pjazza Indipendenza l-Belt Valletta llum fis-19:30.

Jew inkella ibqa’ d-dar u kompli ħallsilhom is-salarju biex jibqgħu jisirquk u jibqgħu jgħattu lil dawk li jaslu biex joqtlu biex tindifen il-verità.