Il-passi kbar ‘il quddiem li għamilna għandhom iqawwulna qalbna biex inkomplu fit-triq minkejja t-tentazzjoni li tħajjarna nieqfu. Fadlilna wisq x’nitgħallmu u għadha ‘l bogħod wisq il-ġustizzja. U l-ġustizzja mhix ser iseħħ jekk noqogħdu b’idejna fuq żaqqna.
Il-velja tal-lejla fis-7pm fil-misraħ tal-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta hi sejħa oħra għat-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Ma nserrħux rasna qabel il-waqt. Ingħaqdu magħna.