Nofs il-klabbijiet tal-futbol tal-premier appoġġjaw il-ħatra ta’ Joseph Muscat biex imexxi lill-għaqda tagħhom

By
2022-07-01T15:41:40+02:00Thu, 30th Jun '22, 18:24|

Sebgħa mill-14-il president tal-klabbijiet tal-futbol tal-premier ivvutaw favur il-ħatra tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat bħala president tal-għaqda tagħhom. Ir-riżultat tal-vot sigriet wera li nofs il-klabbijiet tal-futbol qablu mal-ħatra ta' Joseph Muscat. Wara li llum ittieħed il-vot, Joseph Muscat inħatar president tal-għaqda tal-klabbijiet tal-futbol tal-premier, ħatra li hu aċċetta. Għejun huma tal-fehma li waħda mill-ewwel [...]

“Żball” ieħor. Il-mafja qed issib il-wens?

By
2022-06-30T19:30:58+02:00Thu, 30th Jun '22, 14:00|

Illum (allegat) mafjuż ieħor għaddieha lixxa u lebbet 'il barra mill-għatba tal-qorti qisu mhux hu u dan minħabba "żball" tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan żgur mhux ser jieħu għalih u jħarrikni talli sejjaħtlu (allegat) mafjuż. John Spiteri hu mfittex mill-prosekuturi Taljani b'rabta mat-traffikar tad-drogi min-naħa tal-Ndrangheta. Dawn ħasbu li kien irnexxielhom jonsbuh u li l-proċeduri taħt [...]

18-il Ministru ħatja ta’ ksur tal-kodiċi tal-etika: il-gvern jibqa’ fommu sieket.

By
2022-06-30T06:57:36+02:00Tue, 28th Jun '22, 10:34|

Il-gvern ser jagħmel minn kollox biex itaffi s-sinjifikat tad-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-każ jittratta dwar suppliment ta' 32 paġna li xxandar fil-gazzetta tal-Partit Laburista biex jitfakkru s-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela u, b'mod indirett, biex tiġi mnedija l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. B'kollox intefqu €17,000 - somma żgħira meta wieħed jipparagunaha mal-miljuni mberbqin mill-ħbieb tal-ħbieb. [...]

Rapport ta’ inkjesta fuq xkaffa jiġma’ t-trab

By
2022-06-27T20:18:18+02:00Mon, 27th Jun '22, 10:22|

Dakinhar li Nadine Lia nħatret bħala maġistrat, bosta kienu dawk li wissew li din kien ser ikollha ħafna okkażjonijiet li fihom ir-rabtiet familjari li għandha jġibuha f'kunflitt mal-indipendenza tagħha jew, tal-anqas, mal-perċezzjoni pubblika tal-indipendenza tagħha. Din tiġi l-mara ta' iben Pawlu Lia, li hu l-avukat tal-Partit Laburista u hobża u sikkina ma' Joseph Muscat. Lil [...]

Il-proposta li Joseph Muscat jinħatar president tal-għaqda tal-klabbijiet tal-futbol ewlenin xejn ma għoġbot lil “ta’ Kastilja”

By
2022-06-26T09:50:47+02:00Fri, 24th Jun '22, 09:13|

Ritratt: REUTERS/Darrin Zammit Lupi Diversi għejun minn fost il-klabbijiet tal-futbol tal-Premier qaluli li ħaddiema li jaħdmu fl-uffiċċju ta' Robert Abela qed iċemplulhom biex iwissuhom kontra l-proposta li jinħatar Joseph Muscat biex imexxilhom l-għaqda tagħhom tal-klabbijiet tal-futbol professjonali. Lil dawn il-klabbijiet, ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalulhom li jekk huma jagħtu l-appoġġ tagħhom biex Joseph [...]

Lil min taf, tistaqsix għalih

By
2022-06-22T19:45:58+02:00Wed, 22nd Jun '22, 10:45|

Espert, ċertament m'jiniex. U wieħed m'għandu qatt iserraħ fuq il-preġudizzji qabel jasal biex jaqta' sentenza. Dwar il-futbol Malti (u dak barrani) ma nifhimx akka. Iżda lil Joseph Muscat inzertajt li nafu. Ilni s-snin nikteb dwaru. Segwejt kull pass li għamel - għallinqas dawk il-passi li stajt nara u oħrajn li mingħalih li jien ma kontx [...]

Propaganda taċ-ċekċik

By
2022-06-19T20:03:37+02:00Mon, 13th Jun '22, 09:28|

Agħtu daqqa t'għajn lejn it-titlu tar-rapport tat-TVM dwar l-azzjoni li ħadu tal-Graffitti ħadu f'Kemmuna fi tmiem il-ġimgħa. “Il-Blue Lagoon ħielsa mill-umbrelel u d-deckchairs”. Min ħelisha mill-umbrelel u mid-deckchairs? Għaliex kien hemm il-ħtieġa li teħles minnhom? Għada ser tibqa' ħielsa minnhom ukoll? Dan it-titlu mhux biss hu wirja ta' ġurnaliżmu inkompetenti. Huwa wkoll wirja ta' qerq. [...]

Fadal xi ħalliel jew frodist li għadu ma ġiex mistieden jippoża għar-ritratti f’Kastilja?

By
2022-06-19T20:09:00+02:00Thu, 9th Jun '22, 09:08|

Tal-Malta Today xandru ritratt li sabu fil-Facebook ta' wieħed minn dawk li allegatament bgħabsu bl-arloġġi f'karrozzi sekondaman li nbiegħu jippoża ma' Robert Abela fl-uffiċċju tiegħu f'Kastilja. Jirriżulta li Robert Abela kien l-avukat ta' dan il-bniedem. Robert Abela kien ukoll l-avukat ta' allegat frodist ieħor - Christian Borg - li jmexxi negozju tal-kiri tal-karrozzi li allegatament [...]

Meta ser jistenbħu l-awtoritajiet biex jitħarsu d-drittijiet tal-vittmi tat-tbagħbis?

By
2022-06-19T20:24:27+02:00Wed, 8th Jun '22, 12:36|

Agħtu daqqa t'għajn lejn l-editorjal tal-lum tal-Malta Today li stqarr li l-kwistjoni tat-tbagħbis fl-arloġġi tal-karrozzi sekondaman ma tikkonċernax biss it-tbagħbis li twettaq mill-bejjiegħa ta' dawn il-karrozzi. It-tbagħbis jista' jiġi evitat u l-uffiċjali pubbliċi jistgħu jevitawh kemm-il darba jkun hemm kontrolli serji fil-port u kontrolli oħrajn hekk kif ser ikunu reġistrati karrozzi sekondaman mar-regolatur. Tbagħbis bħal [...]

Il-gvern ikaxkar omm deputat parlamentari lejn il-Qorti talli din naqset li tibni binja ġdida għall-qorti

By
2022-06-19T20:28:37+02:00Fri, 3rd Jun '22, 10:10|

Il-qagħda u l-kundizzjoni tal-binja tal-Qorti fir-Rabat t'Għawdex ilu jingħad li mhumiex adegwati. Minħabba l-kundizzjonijiet ta' umdità u kupazzjoni li hemm f'dan il-bini qadim li jinsab fiċ-Ċittadella, avukati li jaħdmu hemm kienu għamlu strajk. F'din il-binja antika qatt ma sar xogħol ta' tiġdid u biex isir xi forma ta' modernizzazzjoni f'dawk li huma sigurtà kontra l-inċendji [...]

Tgħid għaliex lill-Imħallef il-gvern ma taħx is-setgħa li jniedi inkjesta?

By
2022-06-01T20:08:04+02:00Wed, 1st Jun '22, 09:16|

Lil tat-Times of Malta, il-Pulizija qalulhom li l-"investigazzjoni" dwar kif Iosif Galea tħalla jsiefer minn Malta flimkien ma' Joseph Muscat minkejja l-fatt li kienu ilhom jafu għal xhur sħaħ li kien hemm mandat ta' arrest kontrih maħruġ mill-Ġermanja, ser tkun waħda "indipendenti" u mmexxija minn "imħallef irtirat". S'hawn kollox sew. Stqarrija bħal din saret biex [...]

Go to Top