Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (3): L-istat lil hinn mill-istat

By
2022-08-08T17:02:33+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:46|

Joseph Muscat m'għadux prim ministru. M'għandux is-setgħa fuq uffiċjali pubbliċi li kellu fl-imgħoddi. Meta kien prim ministru, kien il-kap ta' organizzazzjoni kriminali li ħatfet lill-istituzzjonijiet statali bil-għan li jimtlew il-bwiet tal-klikka. Din l-organizzazzjoni u dan l-għan għadhom hemm, iżda s-setgħa politika li kellhom m'għadhiex dik li kienet. Iżda hemm għadha. Ilbieraħ, eks prim ministru li [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (2): “L-erbgħa tas-soltu”

By
2022-08-08T16:55:05+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:40|

Tfaċċa l-propagandist, il-bażużlu u l-kelliem ta' Joseph Muscat, Manwel Cuschieri biex jitkellem dwar "l-erbgħa tas-soltu" li jagħmlu l-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet. Tella' ritratt tal-president ta' Repubblika Robert Aquilina bil-għan li jrewwaħ il-mibgħeda kontra tiegħu, biex isejjaħ lin-nies biex tinġabar u biex għada filgħodu jintimida lill-qrati. Manwel Cuschieri bħal donnu ried jagħti x'jifhem li Frederick Azzopardi ser [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (1): Jekk jegħreq wieħed…….

By
2022-08-08T16:50:21+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:33|

Joseph Muscat kien ilu li beda jispara l-kanuni. Ftit xhur ilu, il-Pulizija kienu għamlu tfittxija f'daru fuq ordni ta' Maġistrat u dan wara li ġurnal lokali kixef sensiela ta' ħlasijiet suspettużi li hu kien irċieva mingħand dawk li ngħatawlhom f'idejhom tliet sptarijiet tal-poplu, liema każ kien ġie investigat mill-istess Pulizija. Muscat jaf li x'aktarx wasal [...]

Moħħna bqajna nħaddmuh

By
2022-08-02T15:20:36+02:00Tue, 2nd Aug '22, 10:46|

Permezz tal-avukat tiegħu, Alfred Degiorgio (li tkellem ukoll f'isem ħuh Ġorġ) ilbieraħ allega li minn dakinhar tal-arrest tagħhom, hu u ħuh kienu diġà ġew mgħoddija ġuri mill-mezzi tax-xandir u li għaldaqstant mhumiex ser jingħataw smigħ xieraq fil-qorti. Degiorgio ilmenta li Joseph Muscat, dak iż-żmien prim ministru, kien tkellem f'konferenza stampa ftit wara l-arrest tagħhom u [...]

Iridu jibqgħu jaħbu l-ħela u t-tberbiq

By
2022-08-01T16:09:20+02:00Mon, 1st Aug '22, 11:03|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport dwar battalja legali li qed tagħmel The Malta Independent fuq punt ta' prinċipju, jekk mhux għal xejn aktar. Li kieku l-gvern eventwalment kellu jiġi mġiegħel jagħti tweġiba dettaljata għall-mistoqsijiet li sarulu dwar kemm fil-fatt swewh il-movie awards li saru lejlet l-elezzjoni, sa dakinhar ftit ser ikunu dawk li jibqa' [...]

Ħaqqu ikla ħabs għal għomru

By
2022-08-01T21:21:04+02:00Mon, 1st Aug '22, 10:08|

Għal min għadu ma segwiex il-podcast kollha ta' Stephen Gray, timesofmalta.com illum tellgħet biċċiet mill-intervista li għamel ma' George Degiorgio, wieħed mill-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia. Dan il-podcast ilu xi ftit li xxandar u kont ikkummentajt dwaru hawn. Int u tisimgħu jitkellem b'Ingliż tajjeb mhux ħażin, l-għors tiegħu li jġiegħel lill-intervistatur jistaqsih mistoqsijiet li deher [...]

Go to Top