Il-ġlieda kontra l-mafja Maltija

By
2022-11-06T20:29:07+01:00Tue, 29th Nov '22, 06:59|

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, f'isem Repubblika, ħadt sehem f'konferenza organizzata mill-organizzazzjoni non-governattiva Libera li fiha ġie diskuss ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-mafja madwar id-dinja. Il-laqgħa qed tfakkar l-20 sena (attwalment 22, imma kellhom jiġu posposti l-pjanijiet sentejn ilu minħabba l-imxija Covid) minn dakinhar li ġiet iffirmata l-konvenzjoni ta' Palermo li hi l-istrument legali [...]

Eżempju li kaxkar

By
2022-11-25T12:30:54+01:00Fri, 25th Nov '22, 09:45|

Kien hemm żvilupp ieħor fil-kawża li Repubblika qed tagħmel biex iġġiegħel lill-Kummissarju tal-Pulizija jieħu l-każ tal-Pilatus Bank bis-serjetà. Il-bieraħ il-Qorti Kostituzzjonali bħala Qorti tal-Appell iddeċidiet dwar l-ilment tal-Istat dwar sentenza ta' Qorti Kostituzzjonali Inferjuri li ordnat li s-smiegħ tal-kawża bla dewmien jitneħħa minn quddiem Nadine Lia u jitqiegħed quddiem maġistrat ieħor jew oħra. Għalkemm qablet [...]

L-avukat tal-vittma

By
2022-11-23T14:04:28+01:00Wed, 23rd Nov '22, 13:21|

Ġie f'idejja l-artiklu li kitbet Claudia Calleja fit-Times of Malta li għaqqad flimkien ix-xhur, il-ġimgħat u l-ġranet li spiċċaw bil-qtil kiesaħ u biered minn żewġha ta' Bernice Cassar. Innutajt li l-ġurnalista għamlet riferenza għall-avukat tal-vittma li f'Lulju li għadda kienet irrappreżentat lis-Sinjura Cassar dakinhar li l-qorti ntalbet toħroġ ordni ta' protezzjoni. Nhar il-Ħadd li għadda [...]

Għamel froġa u laħħquh

By
2022-11-16T22:13:01+01:00Wed, 16th Nov '22, 10:32|

Alfred Zammit - hawn mhux qed nirreferi għas-Sindku tal-Belt Valletta - iżda għal dak l-impjegat governattiv skonoxxut li issa leħaq fil-quċċata tal-Financial Intelligence Agency. Għal snin twal kien midħla sewwa ta' din l-aġenzija li rat bosta diretturi ġejjin u sejrin. Bejn id-dħul u l-ħruġ ta' diversi diretturi, huwa għamilha tal-imgħallem. Jiġifieri huwa l-bniedem li kien [...]

Galoppin ta’ Ian Borg huwa wieħed mill-uffiċjali ta’ Transport Malta li f’filmat inqabad isawwat sewwieq

By
2022-11-16T13:58:06+01:00Wed, 16th Nov '22, 09:42|

Renè Antonelli, resident f'Ħad-Dingli - il-kostitwenza ta' dak li kien il-Ministru tat-Trasport - huwa wieħed minn żewġ uffiċjali ta' Tranport Malta li bis-saħħa ta' filmat inqabad isawwat sewwieq ta' karrozza, liema filmat ixxandar il-bieraħ minn Lovin Malta. Jingħad li dan l-inċident seħħ fis-26 ta' Ottubru li għadda. Antonelli kien ingħażel minn Ian Borg biex jaħdem [...]

Raġuni oħra biex jidfnu lill-iskandlu tal-Pilatus Bank taħt it-trab?

By
2022-11-15T11:21:00+01:00Tue, 15th Nov '22, 09:38|

Cartoon by Steve Bonello, see: https://timesofmalta.com/articles/view/islanders-november-13-2022.993960 Il-kittieb, eks attivista Laburista u uffiċjal governattiv Mark Camilleri xandar kitba fil- blog tiegħu fis-sens li Robert Abela kien kera l-villa li għandu fiż-Żejtun lil sinjurun Russu li hu suspettat li kien xaħħam lil Keith Schembri meta dan kien chief of staff biex seta' jakkwista passaport Malti. [...]

Imwettqa ordni tal-qorti: maġistrat oħra flok Nadine Lia ser tisma’ l-provi fil-kawża li għamlet Repubblika dwar in-nuqqasijiet tal-awtoritajiet tal-pulizija fil-każ tal-Pilatus Bank

By
2022-11-14T14:37:29+01:00Mon, 14th Nov '22, 13:26|

Fi żmien jumejn oħra ser ikun hemm maġistrat oħra li ser tisma' t-trattazzjoni tal-avukat ta' Repubblika li ser ifiehem lill-qorti l-għala l-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà xorta waħda naqas li jieħu passi bil-qorti minkejja l-eżistenza ta' provi dokumentati fl-atti ta' inkjesta maġisterjali dwar il-Pilatus Bank. Il-maġistrat il-ġdida hi Claire Stafrace Zammit. Din ħadet post Nadine Lia [...]

Il-qassatat u l-pudini tal-Avukat Ġenerali jagħtu lok għal suspett?

By
2022-11-11T14:32:44+01:00Fri, 11th Nov '22, 09:18|

Ikun hemm mumenti li fihom kważi kważi tibda' biex titħassar lill-Avukat Ġenerali li hi l-prosekutur prinċipali ta' gżiritna. Xogħolha - li m'huwiex xi xogħol pjaċevoli - jikkonsisti fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Ir-riżorsi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha huma inqas mir-riżorsi li jinsabu f'idejn il-kriminali li suppost qiegħda hemm biex tegħleb. Lill-avukati prinċipjanti li għandha madwarha tħallashom pagi [...]

Imbilli? So what?

By
2022-11-10T16:34:40+01:00Thu, 10th Nov '22, 12:48|

Il-kaċċaturi qalu li din hija l-prova - jekk tista' ssejħilha hekk - li dejjem kien hemm il-ħsieb li l-inħawi tal-Miżieb jingħataw lilhom biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-passatemp tagħhom. Fl-2011, fi żmien meta Karmenu Mifsud Bonnici kien diġà ilu barra mill-gvern għal 24 sena, l-eks prim ministru kien kiteb ittra sabiex il-kaċċaturi f'idejhom ikollhom prova li [...]

Il-Pilatus Bank: riskju kbir mhux biss għall-pożizzjoni legali ta’ Joseph Muscat iżda wkoll għall-eżistenza tal-Partit Laburista nnifsu

By
2022-11-07T15:28:55+01:00Mon, 7th Nov '22, 12:22|

Ftit ġimgħat ilu, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tqiegħdu żewġ verżjonijiet ta' sensiela ta' fatti. Waħda mill-verżjonijiet kienet fil-kontenut ta' digriet ta' maġistrat u l-verżjoni kontrastanti l-oħra tal-istess fatti ngħatat lill-qorti superjuri minn wieħed mill-partijiet li qed jidher quddiem l-istess maġistrat f'qorti inferjuri. Tajjeb li nfakkar. F'digriet tagħha l-Maġistrat Nadine Lia qalet li, waqt is-smigħ ta' kawża [...]

Mistoqsijiet li Owen Bonnici jeħtieġ iwieġeb

By
2022-11-06T20:27:34+01:00Sun, 6th Nov '22, 08:50|

Qaddej ieħor ta' Joseph Muscat għadu kemm għadda lejl f'Kordin - isem ieħor f'lista ta' ismijiet li hi ħafna iqsar milli għandha tkun. Sigmund Mifsud, eks kandidat tal-Partit Laburista, tant kien lagħqi ta' Joseph Muscat li kien organizza kunċert mill-orkestra nazzjonali li matulu daqqew il-kanzunetti favoriti ta' Muscat. Għaliex, tafu intom, ninsabu fil-Korea ta' Fuq. [...]

Il-mostru mafjuż jinqered biss bis-saħħa tal-edukazzjoni

By
2022-11-02T11:05:56+01:00Wed, 2nd Nov '22, 09:17|

Il-bidla soċjali tista' sseħħ biss bis-saħħa tat-tixrid tal-edukazzjoni. Għal snin twal, tgħallimna r-regoli tal-iġjene mingħand it-tfal li, min-naħa tagħhom, ikunu tgħallmuha minn fuq il-bankijiet tal-iskola. L-istess jista' jingħad għall-oqma tal-ambjent u tal-konsum ta' ikel bnin: huma proprju t-tfal li jmissu l-kuxjenza tal-ġenituri tagħhom. Lill-mafja wieħed jista' jiqfilha billi jippromwovi l-ħidma tal-istituzzjonijiet kif ukoll lill-isforzi li [...]

Go to Top