Ħallelin li jippretendu li jpattu għas-serq bi tfassil ta’ reġistru

By
2023-11-29T16:42:36+01:00Wed, 29th Nov '23, 12:44|

Li kien għall-Ministri, l-ġurnalisti jmisshom ma jimirħux 'il barra mill-uffiċċji tagħhom. Minn naħa tagħhom, l-ġurnalisti ma jistgħux joqgħodu b'idejhom fuq żaqqhom jistennew lill-politiċi jwieġbu t-telefonati tagħhom. B'xorti ħażina għall-politiċi, l-bini tal-Parlament m'għandux parkeġġ taħt l-art u għaldaqstant bosta drabi m'huwiex possibbli għall-Ministri li jevitaw il-mistoqsijiet li jsirulhom mill-ġurnalisti. U għall-okkażjonijiet li fihom isibu ruħhom b'daharhom [...]

Kunfidenzjalità li tmur kontra l-interess pubbliku

By
2023-11-27T17:02:24+01:00Mon, 27th Nov '23, 10:00|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li Jason Azzopardi tella' dalgħodu fil-Facebook: Dan huwa każ ieħor ta' inkjesta maġisterjali li tikkonkludi li jeżistu raġunijiet li dwarhom għandhom jittieħdu passi bil-qorti kontra xi persuni iżda, forsi minħabba r-riperkussjonijiet politiċi serji li jista' jkun hemm kemm il-darba jinħarġu t-taħrikiet, l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg baqgħet b'idejha fuq żaqqha. Il-proċess [...]

Jipprova jagħmel l-arja hu u jegħreq

By
2023-11-22T11:40:44+01:00Wed, 22nd Nov '23, 07:58|

Wara s-seduta tal-qorti tal-bieraħ li fiha qed jitlob it-tneħħija tal-Maġistrat Gabriella Vella mit-tmexxija tal-inkjesta dwar il-korruzzjoni li seħħet fil-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet, Joseph Muscat reħielha għall-Facebook, l-awla tal-qorti favorita tiegħu. Huwa kiteb dwar żewġ kwistjonijiet u waħda minn dawn kienet it-tweġiba li tah Robert Aquilina, l-president ta' Repubblika, li l-bieraħ issejjaħ biex jixhed. Qabel xejn, [...]

Istituzzjonijiet maħkumin mill-qarnita tal-kriminalità?

By
2023-11-21T19:33:38+01:00Tue, 21st Nov '23, 15:37|

Illum fil-qorti Joseph Muscat kompla jagħmel l-almu tiegħu biex jipprova jġiegħel lill-Magistrat Gabriella Vella tirrikuża ruħha mill-inkjesta maġisterjali li kienet talbet Repubblika dwar il-korruzzjoni li seħħet fil-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Il-fehma ta' Joseph Muscat hi l-istess fehma bħal dik tal-biċċa 'l kbira tan-nies: jiġifieri li meta wieħed jifli l-provi, wieħed għandu jikkonkludi li Muscat għandu jaqa' taħt [...]

Qed jimmiraw l-armi lejn xulxin

By
2023-11-08T13:08:45+01:00Wed, 8th Nov '23, 10:30|

Il-bieraħ tfaċċa Silvio Grixti u lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għamillu mistoqsija retorika: "għaliex meta fil-passat riċenti kien hemm STEJJER dwar abbuż minn dawn iċ-ċertifikati l-pulizija ma nvestigawx daqs li kieku NĦAFER kollox. X'taħseb Chris Fearne?" Membri tal-istampa lokali ppruvaw ikellmu lill-eks deputat Laburista biex dawn jingħataw  dettalji dwar l-allegazzjonijiet li għamel. U peress li [...]

L-għibien u l-irxuxtar tal-mobiles ta’ Keith Schembri

By
2023-11-07T11:13:30+01:00Tue, 7th Nov '23, 07:39|

L-avukati ta' Keith Schembri sabu x-xoqqa f'moxtha. Għal xi żmien, mobile li kien qed jinżamm fil-kustodja ta' maġistrat b'rabta ma' kawża li kienet saret kontra Keith Schembri, għeb u sparixxa minn proċess tal-qorti biex imbagħad reġa' tfaċċa f'proċess ieħor li ma kellux jinsab fl-uffiċċju tal-maġistrat. L-avukati ta' Keith Schembri issa qed jippruvaw jieħdu vantaġġ minn [...]

Go to Top