Ftit tal-jiem ilu kont qed naħdem ma’ ġurnalista ta’ kontra l-mafja li nzerta kien qiegħed Malta biex jinvestiga ċerti attivitajiet suspettużi li jirrigwardaw kriminali minn pajjiżu. Wara li rajt ir-rapport tiegħu b’ċerta impertinenza fakkartu li xi wħud mill-allegazzjonijiet tiegħu ġew miċħuda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti. Għaliex hu ma kienx qiegħed ifakkar li huma kienu qegħdin jiċħdu dak li bih kienu qed jiġu akkużati?
Għaliex iċ-ċaħda għandha titqies bħala ħaġa normali. Fakkarni li Toto’ Riina niżel f’qabru jiċħad li kien għamel xi ħaġa ħażina. Fi storja dejjem ikun hemm ħafna aspetti u wieħed għandu jżomm għajnejh miftuħa. Imma wieħed m’għandux ikun inġenwu. Li wieħed ikun oġġettiv u attent biex jevita l-preġudizzju jżommok biss sa ċertu punt fit-triq tas-sewwa, li lil hinn minnu, meta tibqa’ newtrali bejn it-tajjeb u l-ħażin, inti tispiċċa kompliċi mal-ħażin.
Iċ-ċaħda hija l-aħħar għodda tal-ħati. Mal-iċken ammissjoni ta’ ħtija is-sisien tar-reżistenza jiġġarrfu.
“L-akbar gidba fl-istorja politka Maltija” hija logħba bil-kliem ivvintata minn Joseph Muscat, minfuħa minnu stess biex jikkumbatti l-gravità tal-akkuża li kontriha qiegħed jiddefendi ruħu. Joseph Muscat qed jiġi akkużat minn xi wħud li huwa l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja politka Maltija
L-entità ta’ dik l-akkuża hija kbira ħafna. Hija wkoll waħda li ħafna huma tal-fehma li hija bbażata fuq il-fatti, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu vverifikati, xi wħud minnhom għadhom mhumiex ivverifikati u jistgħu jiġu biss ikkonfermati b’investigazzjoni xierqa u awtorevoli. U xi minn daqqiet qed jiġu kkonfermati b’kumbinazzjoni.
Il-ġimgħa li għaddiet John Dalli għadu kemm paxxiena bil-benefiċċju tal-memorja batuta li għandu billi kkonferma dettall li seta’ deher bla siwi f’dak kollu li Daphne Caruana Galizia kienet irrapportat dwar il-Bank Pilatus. Kienet qalet li John Dalli kellu kont fil-Bank Pilatus imma li ftit kien għamel użu minnu. Dwar il-kwestjoni jekk John Dalli kellux kont fil-Bank Pilatus kien hemm inkjesta li John Dalli kien insieha peress li, għallinqas f’dan il-każ, ftit kellu x’jaħbi.
Din il-ġimgħa infexx b’ħafna storbju bħas-soltu jħambaq, b’delikatezza kbira, kontra dawk li hu jsejjaħ ‘il-pinen velenużi’ billi qal li l-kont tiegħu fil-Bank Pilatus aktarx iva milli le kien ikun inattiv. Kien għadu ma ntebaħx f’dak il-waqt li kien qiegħed jikkonferma mhux biss dak li Daphne Caruana Galizia kienet qed tgħid dwaru imma anke, u hawn irid wieħed jammetti, kemm kienet kbira l-firxa tas-sorsi u l-informazzjoni li Daphne Caruana Galizia kellha fil-Bank Pilatus.
Fir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-Bank Pilatus għandna fatt li m’għadux aktar ikkontestat jew miftuħ għall-kontestazzjoni. Għandna fatt li jagħmel ħoss li jtarrax. Dik li suppost kienet l-akbar gidba fl-istorja politika ġiet għal darba oħra kkonfermata li hija ftit iżjed veritjera.
Imbagħad kellna aċċident ieħor li Jacob Borg silet mill-kawża li l-Bank Pilatus għamel kontra Daphne Caruana Galizia. Waqt li akkużaha ‘b’misapproprijazzjoni u pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali tal-Pilatus’ il-Bank Pilatus għadu kif ikkonferma li l-informazzjoni li hi ppubblikat ma kinitx, kif intqal ripetutament, ivvintata. Għall-kuntrarju din kienet qawwija u veritjiera għar-raġuni li ma tistax tisraq u tippubblika xi ħaġa li ma tkun diġa teżisti.
Pilatus Bank admits in SLAPP lawsuit that slain journalist gained access to its client list. Among Pilatus’ clients were family members of Azerbaijan’s President, and Azerbaijan’s minister for Emergency Situations, whose front man opened up companies in Malta via Nexia BT. pic.twitter.com/ZciicrLsZt
— Jacob Borg (@BorgJake) January 31, 2018
32. Il-konvenuta b’intenzjoni ndaħlet f’dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi billi ppubblikat kwantità ta’ dikjarazzjonijiet foloz u malafamanti dwar il-Bank Pilatus u s-Sur Sadr, li kkawżaw konfużjoni u qtugħ f’dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi.
33. B’żieda ma’ dan il-konvenuta b’intenzjoni serqet u ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali tal-Bank Pilatus, li tinkludi l-ismijiet tal-klijenti, li l-Bank kien marbut li jżomm kunfidenzjali
34. L-indħil tal-kwerelanta kien mhux xieraq u intenzjonat biex jagħmel ħsara lir-relazzjonijiet tal Bank Pilatus.
35. Lil-Bank Pilatus u lis-Sur Sadr saritilhom il-ħsara bil-konfużjoni u l-qtugħ fir-relazzjonijiet u l-aspettativi, kif ukoll bis-serq u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
Il-Bank Pilatus jammetti li mill-kawża SLAPP dik il-ġurnalista assassinata akkwistat aċċess għal-lista tal-klijenti tiegħu. Fost il-klijenti ta’ Pilatus kien hemm membri tal-familja tal-President tal-Azerbaijan kif ukoll tal-Ministru ta’ Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza tal-Azerbaijan, li r-rappreżentant tiegħu fetaħ kumpanniji f’Malta permezz ta’ Nerxia BT.
L-akbar gidba fl-istorja politika saret aktar veritjera.
Jekk inkjesta ġurnalistika tkun stenniet biss li min ikun taħt suspett jaqbiżlu fatt li ma jkunx irid jammetti, dan ma tantx iwassal il-bogħod, għalkemm fil-każ ta’ dawn iż-żewġ inċidenti ta’ din il-ġimgħa dawn akatrx li wasslu ħafna l-bogħod.
L-istorja tal-appartament ta’ New York li ġiet ippubblikata f’dan il-blogg hija saff ieħor ta’ kredibbiltà li ġie mgħobbi fuq din l-istorja. Minn tkellem dwar ħlasijiet kbar ħafna li ntbagħtu lil “ċerta mara jisimha Buttigieg li għandha ġojjellerija bl-isem ta’ Buttardi fi New York’ jista’ jiġi akkużat li forsi kien jaf li Buttardi huwa wkoll propjetà ta’ Michelle Muscat u li akkuża bħal din tista’ tgħin biex tagħti kredibbiltà lil gidba faħxija.
Iżda ma setgħux kienu jafu li xi ftit jiem wara l-allegat pagament, appartament fl-Upper East Side New York mixtri ftit xhur qabel tħallas fl-intier f’ammont wieħed.
Dan huwa fatt ieħor. Verità inkontestabbli li tibqa’ soda kontra l-assalt tar-rettorika u ċ-ċaħdiet imqanqla mingħand Joseph u Michelle Muscat.
Meta tatna x’nifhmu li l-appartament tħallas ftit jiem wara pagament minn Pilatus, liema ħlas tiċħad li qatt iċeviet, ma jippruvax li qed tigdeb li ma rċevietx il-ħlas… huwa sinċier daqs meta kien ingħad, waqt il-bosta proċessi kriminali, li Toto’ Riina kien żgiċċa skont l-istil tiegħu minn rotta ta’ balla.
Hawn taħt hawn xi wħud minnhom: ‘setgħet rebħet il-lotterija’. ‘jista’ jkun li nanna ġeneruża mietet malajr u ħallitilha kollox’, ‘forsi għaqda tal-karità li tħenn għall-ġojjellieri li għadhom jibdew u xtratilha appartament f’Manhattan’. Forsi. Forsi
Għaliex ma tippruvax li ma ħallsitx l-appartament minn xi mezzi oħra apparti l-pagamenti mingħand il-Bank Pilatus.
Għaliex il-Bank Pilatus ma jiftaħx il-lista tad-depożitanti biex jipprova li din ta’ Daphne Caruana Galizia kienet l-akbar gidba fl-istorja tal-politka Maltija?
L-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia qed tiġi ppruvata bil-fatti. Aktar u aktar fatti qed jitfaċċaw, anke fatti li kienet għadha ma vverifikatx bħalma ġew issa. Ċertament li f’ħajjitha u safejn hi kienet taf il-Bank Pilatus qatt ma ammetta li kull ma ppubblikat hi kien il-verità. Anzi bil-maqlub.
Aktar fatti ġew stabbiliti. Dawn ħadd ma jista’ jmerihom. Jekk kien hemm xi ħaġa dwar kull waħda minn dawn li setgħu jiċħdu – Joseph Muscat, Michelle Muscat, Pilatus Bank – kollha setgħu jew kellhom iġibu l-provi biex jiċħduhom
L-argument li l-obbligu li jinġiebu l-provi qiegħed fuq il-prosekuzzjoni huwa argument li jriegi dejjem f’qorti tal-ġustizzja. Iżda għadna ma wasalniex għal dan. Din hi l-arena politika. Hawn barra l-argument li l-obbligu tal-provi qiegħed fuq il-ġurnalisti huwa l-argument tal-ħatja.
Huma jinku lil dawk li jakkużawhom għaliex “m’għandhomx dokumenti”. Bħal kriminal ordinarju taħt arrest jitkessħu meta jgħidu “m’għandek xejn kontrija Surġent. Irrid it-telefonata tiegħi’
Madankollu dokumenti għandhom. Għalfejn ma jippubblikawhomx? Għalfejn ma jgħidux mnejn ġejjin ir-rikkezzi tagħhom? Għaliex ma jippermettux sorvelji u investigazzjonijiet internazzjonali dwar il-kuntatti tagħhom? Galiex ma jħallux ix-xhieda jitkellmu mingħajr biża ta’ tpattija?
Qiegħed jidher dejjem iżjed biċ-ċar li l-akbar gidba fl-istorja politika jista’ jagħti l-każ li sa tkun dik li qed jikkommetti Joseph Muscat fuqna: li l-gidba li biha akkużatu Daphne Caruana Galizia mhijiex vera.