Moviment tas-soċjetà ċivili li twaqqaf wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jixtri spazju fuq 3 billboards li qabel kienu qed jintużaw biex jirreklamaw il-birra u offerti ta’ vaganzi barra minn Malta. S’hawnhekk fil-midja lokali dan ma qanqal l-ebda interess partikolari.
Il-Gvern ineħħi l-billboards f’inqas minn 12-il siegħa. U l-istorja ddur id-dinja.
Il-Politico rrappurtatha dalgħodu u din hi l-istorja f’The National tal-Emirati Għarab Magħquda. U stennew li tkompli tinfirex aktar.
Issa madwar id-dinja kollha kulħadd qed jaqra l-messaġġi: “Ġurnalista assassinata. L-ebda ġustizzja”, “Pajjiż misruq. L-ebda ġustizzja” u “L-ebda riżenji. L-ebda ġustizzja”.
L-iskużi li l-billboards m’għandhomx il-permessi meħtieġa ma jimpressjonaw lil ħadd. Is-sinifikat tal-istorja jinsab fil-messaġġ li kellhom fuqhom il-billboards u li l-Gvern ħa azzjoni mill-ewwel biex joħonqu. Issa aktar nies qed jaraw dawk il-messaġġi madwar id-dinja…ħafna aktar milli qatt setgħu jittamaw li jaqrawhom nies id-dimostranti tal-#occupyjustice meta ppjanaw il-protesta tagħhom.
Reddit ippubblikat ir-rapport tat-Times of Malta dwar l-inċident u dan ħoloq dibattitu sħiħ dwar is-sitwazzjoni attwali f’Malta. Dawk li qed jikkummentaw ma jistgħux jifhmu kif gvern qed iġibha bi kbira dwar “l-illegalità” ta’ numru ta’ billboards (forsi għax twaħħlu mal-ħajt il-ħażin? forsi għax huma ikbar milli permess?) meta l-messaġġ tal-istess billboards jipprotesta kontra “l-illegalità” tal-qtil ta’ ġurnalista b’karozza bomba.
Kif kiteb Matthew Caruana Galizia:
They use the letter of the law to break its spirit. #DaphneCaruanaGalizia #Malta https://t.co/NOjE6VSMAI
— Matthew Caruana Galizia (@mcaruanagalizia) February 17, 2018
Il-ħeġġa li wieħed joħnoq il-vuċi ta’ protesta ma tantx jirrifletti tajjeb fuq gvern li ma jistax jispjega għalfejn dik li fi kliemu stess kienet “l-aktar ġurnalista ħarxa fil-kritika fil-konfront tiegħu” spiċċat assassinata. Ma jafux li d-dinja qed issegwi kulma qed jiġri!