Kitba ta’ Robert, persuna li nafha:

Ħabib tiegħi qalli li l-kitba tista’ tgħini ntaffi r-rabja li ħassejt wara li qrajt l-artiklu xokkanti ta’ Martin Scicluna fit-Times of Malta ta’ din il-ġimgħa.

Nibda’ biex ngħid li jien wieħed minn fost eluf li jħossu li l-velji u r-rikonoxximenti m’humiex biżżejjed biex jagħmlu ġustizzja ma’ l-aktar ġurnalista kuraġġjuża li qatt kien hawn f’Malta. Kif jassumi Martin Scicluna, jien “[nagħmel parti] mill-grupp privileġġjat li fired lill-Partit Nazzjonalista bl-arroganza u bl-esaġerazzjonijiet tiegħu hu u jilgħaba tal-vittma ”

Nammetti li jien dejjem ivvutajt PN, mhux għax jien ġej minn familja Nazzjonalista (missieri kien Soċjalista akkanit, dejjem fuq quddiem biex jiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema u kittieb regolari f’l-orizzont) iżda għaliex, ġaladarba għext u ħdimt f’demokrazija normali u f’pajjiż ċivilizzat, naf li għandi l-opportunità li nivvota għal dak il-kandidat u dak il-partit li jirrapreżentaw il-valuri u l-aspirazzjonijiet tiegħi. Mhux b’kumbinazzjoni li, fiż-żminijiet riċenti, l-uniku partit li wasal viċin ħafna li jaħdem għall-ġid komuni kien il-PN.

Matul l-aħħar sitt xhur, kien hemm żewġ avvenimenti li influwenzawni daqs qatt qabel. L-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, mhux biss għax kienet persuna li kont nammira ħafna, iżda wkoll għaliex jidher li kienet l-unika difiża għar-raba’ kolonna tad-demokrazija. Din il-ġrajja kif ukoll l-elezzjoni ta’ Adrian Delia, bniedem li f’dawn l-aħħar xhur wera’ li għandu valuri li jixbħu lil dawk ta’ Joseph Muscat, ifissru li persuni bħali m’huma interessati xejn fil-politika PN/PL u dwar min minnhom se jirbaħ iżda huma interessati biss f’dak li hu tajjeb u f’dak li hu sewwa.

Nies bħali huma orfni mingħajr dar naturali u għalkemm huwa diffiċli għalina li nagħżlu lil min nivvutaw fl-elezzjoni li ġejja, nafu li xorta waħda jkollna nivvutaw kif inhu d-dritt u d-dmir tagħna.

Nies bħal Martin Scicluna ma jistgħux iniżżluha li jeżistu persuni li jemmnu f’dak li hu sewwa u dak li hu korrett għal pajjiżna. M’għandniex għalfejn inkunu membri ta’ partit jew ieħor. Dak li nesiġu huwa li fit-tmun tal-pajjiż ikun hemm nies onesti u diċenti. Qed nippretendu żżejjed b’dan?

Hu u jirrepeti l-propaganda ta’ Joseph Muscat, is-superfiċjalità ta’ Martin Scicluna tinsab riflessa fid-due diligence li sar fuq università falza li Scicluna għoġbu jagħtiha liċenzja, università li għall-prim ministru tagħna tinsab fuq l-istess livell mal-Università ta’ Malta (b’apoloġiji lill-Università ta’ Malta) u li hi biss fażulla. Dan ifakkarni f’persuna falza oħra – Sai Mizzi li kienet qaltilna “judge me by what I DOO for YOUU”.

Martin Scicluna ma jara xejn ħażin bil-prezz tal-enerġija iffissat b’kuntratt għal bejn 10 u 18 il-sena garantit minn mill-gvern; jew bl-€4.3 miljun imħallsa lil tal-Cafe Premier wara li dawn kisru l-kuntratt li kellhom; jew b’Sai Mizzi li ddaħħal €13,000 fix-xahar ta’ xejn; jew b’Konrad Mizzi u Keith Schembri li ħolqu strutturi barra l-pajjiż; jew b’skema tal-passaporti li tattira lill-agħar nies wara proċess ta’ due diligence tal-istess livell li wassal biex tingħatal iċenzja lill-American University of Malta; jew bil-qerda tal-ambjent tagħna f’isem il-“progress”; jew bit-twarrib tal-meritokrazija u tat-trasparenza; jew bl-għoti tal-kuntratti lil tal-qalba; jew bil-kummiedja li hi V18 kif immexxija miċ-chairman tagħha; jew bil-makna tal-ħasil tal-flus jisimha Pilatus Bank – entità li wkoll għaddiet minn due diligence. Il-lista ma tieqaf qatt.

Iżda għalija l-akbar insult kienet meta kiteb li nies bħali ma kinux ipprotestaw fit-toroq meta nkixfet il-korruzzjoni fi żmien il-PN. Forsi minħabba xjuħitu nesa’ lil dawk l-imħallfin li ttellgħu il-qorti u li wara kielu l-ħabs, post fejn suppost intbagħtet il-klikka ta’ Kastilja. Forsi wkoll nesa’ li Chris Said kien warrab meta kienu saru allegazzjonijiet kontrih. Forsi nesa’ wkoll ir-riżenja ta’ Joe Cassar meta tfaċċaw allegazzjonijiet dwar sistema ta’ CCTV.  U forsi nesa’ wkoll li malli chairman maħtur mill-PN ġie implikat fl-iskandlu taż-żejt, il-każ mar dritt għand il-pulizija.

Iżda l-bużillis, Martin Scicluna, jinsab fil-fatt li taħt gvermnijiet tal-PN ma kellniex prim ministri li jiddefendu lil sħabhom korrotti gġaliex dak iż-żmien il-pulizija kienet titħalla taħdem mingħajr xkiel u l-prim ministri ma kinux jiddefendi lill-kriminali. Dak iż-żmien verament kellna s-separazzjoni tal-poteri u ħadd ma kien jitkellem fuq is-saltna tad-dritt għax konna neħduha for granted.  
Dak iż-żmien konna ngħixu f’pajjiż normali. Ma kellniex għalfejn noħorġu fit-toroq biex nipprotestaw – lanqas l-oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien ma kellha għalfejn tipprotesta ħlief għal meta ħarġet l-istorja tal-arloġġ tal-lira – l-iskandlu tal-iskandli.

Fil-moħħ delużjonali ta’ Martin Scicluna, m’aħna xejn ħlief ċorma plutokrati sinjuri li qed nużaw it-taħedja ta’ Daphne biex inlestu t-triq biex il-PN jerġa’ jieħu r-riedni tal-pajjiż. Ma jistax iniżżilha li tant aħna diżillużi bil-klassi politika, bil-pulizija u bl-Avukat Ġenerali li kulma kulma qed nitolbu hu li ssir ġustizzja ma’ Daphne u l-familja tagħha u li nerġgħu lura għan-normalità: pajjiż immexxi minn mexxejja diċenti. Il-futur ma tantx jidher sabiħ għaliex fil-Parliament ftit hemm min hu diċenti. Ftit huma dawk li qed jaffrontaw sidirhom u jqisu lil dan il-gvern dak li fil-fatt hu: ċorma kriminali

Aħna nies onesti u diċenti  urridu futur onest u diċenti għalina u għal uliedna.

Jaħseb mod ieħor biss min ibati bid-delużjonijiet f’moħħu.