Is-Cyprus Media Complaints Commission tikkonkludi li r-rappurtaġġ fl-istampa ta’ Ċipru kien attakk fuq Maria Efimova bil-għan li ssir ħsara lill-kredibilità tagħha u biex jippruvaw ixejnu l-allegazzjonijiet dwar il-Prim Ministru ta’ Malta

By
2018-05-10T16:37:08+02:00Wed, 9th May '18, 13:45|

Is-Cyprus Media Complaints Commission iddeċidiet dwar ilment dwar rappurtaġġ fl-istampa ta' Ċipru, b'mod speċjali dwar rapport f'Reporter li xandar allegazzjonijiet foloz dwar Maria Efimova li mbagħad ġew ripetuti f'Malta f'sensiela ta' Facebook posts minn Brian Hansford, preżentatur ta' TVM. Il-Kummissjoni "ikkonkludiet li jekk wieħed jaqra' t-test sħiħ tal-artiklu mxandar f'Reporter jidher ċar li dan inkiteb [...]

Pass ‘il bogħod mill-ġirja tal-fenek?

By
2018-05-10T16:40:24+02:00Wed, 9th May '18, 13:03|

Mingħajr ma verament riedet tagħmel dan The Malta Independent ikkritikat lil TVM u lill-mezzi l-oħra tax-xandir li jaqgħu taħtu talli lit-telespettaturi tagħha jipprovaw iqarrquhom meta jaħbu jew inaqqsu l-importanza ta' stejjer li jimbarazzaw lill-gvern. Il-ġurnal għamel riferenza speċifika għal stejjer imxandra fl-istampa internazzjonali li komplew fejn ħalliet Daphne Caruana Galizia bl-istejjer investigattivi tagħha. Meta jipprova [...]

Ingawdu fuq it-tbatija ta’ ħaddieħor

By
2018-05-09T13:15:20+02:00Wed, 9th May '18, 11:13|

Meta l-mafja taħsel flusha f'kumpanniji Maltin taparsi tal-gaming u b'dan ma nindunawx, filwaqt li aħna nirċievu l-parċella tagħna, xi oħrajn jiddaħħlu f'ċirku ta' lsiera jew ta' teħid tad-droga jew inkella jispiċċaw jisparaw fuqhom u joqtluhom f'xi sqaq imwarrab. Meta dak li jevadi t-taxxa dovuta lill-gvern tiegħu stess jaf jaħbi kollox taħt patafjun dokumenti dwar self [...]

Ibagħbsu biex igħattu xturhom

By
2018-05-10T16:41:57+02:00Wed, 9th May '18, 08:23|

Hekk kif Keith Schembri ħareġ bi skuża patetika oħra biex jipprova jiġġustifika l-ftuħ tal-kontijiet bankarji barra 'l pajjiż smajna li l-investigaturi Maltin kienu diġà ssuspettaw li kien ser joħroġ b'din l-iskuża immontata. Il-bieraħ Keith Schembri qal li huwa kien ħoloq l-istruttura tiegħu fil-British Virgin Islands madwar sena qabel il-ħatra pubblika tiegħu mal-prim ministru u li [...]