Konrad Mizzi u Keith Schembri — kif ukoll Joseph Muscat — ttamaw f’riżultat li jsikket lil dawk li qed jikxfu l-korruzzjoni tagħhom minn kemm ilha li Daphne Caruana Galizia kixfet dak li kienu għamlu fil-Panama.
Minn dakinhar ‘l hawn, tant seħħew żviluppi li forsi ażżardaw jaħsbu li setgħu jgħadduha lixxa u li jaħarbu mill-ġustizzja. Iżda t-tamiet tagħhom sarulhom suf hekk kif intebħu li l-kbir għadu ġej. Dalgħodu ħadu l-okkażjoni biex jinfexxew f’dellirju ta’ ferħ.
Iżda għandhom dejjem jiftakru li d-dnub ma jorqodx.