Hekk kif indawwru l-attenzjoni tagħna minn fuq il-megalomanijaċi faxxisti u populisti li hawn ma saqajn id-demokrazija Maltija għall-megalomanijaċi faxxisti u populisti li qed jixirfu mal-Ewropa kollha b’riżultati oħrajn ħerġin mir-Renju Unit, l-Italja, l-Ungerija u oħrajn, se nħallikom bl-aħħar ħsieb dwar ir-riżultati li kellna f’Malta llum.
Adrian Delia leħaq kap tal-PN ftit aktar minn 19 il-xahar ilu. Dak iż-żmien Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar l-impatt ta’ dan l-iżvilupp fuq l-appoġġ elettorali tal-PN. L-analiżi tagħha taqbel ma’ dak li seħħ illum.
Niftakru li qed nitkellmu hawn dwar Daphne Caruana Galizia. Kienet tifhem sew il-mentalità tal-votanti Nazzjonalisti u dawk li qed imexxu lill-PN illum jagħmlu sewwa jekk jagħtu daqqa t’għajn lejn dak li kienet kitbet.