Il-lejl li għadda Anton Rea Cutajar xandar filmat fil-Facebook u kiteb li m’għandux ikun hawn firda fil-pajjiż. F’dawn l-aħħar ġranet, din id-dikjarazzjoni ilu jirrepetiha xi ftit iżżejjed tant li issa għoddu nħanaq.
Persuni bħal Anton Rea Cutajar donnhom qatt ma semgħu bin-Nażisti. Kont nistenna li nies bħal dawn jistħu jirrepetu l-argument faxxista li biex ikun hemm lgħaqda jeħtieġ li tiġi eliminata bil-vjolenza kull forma ta’ dissens.
Fil-biċċa ‘l kbira tagħha, r-rabja tiegħu hi mmirata lejn Repubblika li kellha l-ardir tgħid li l-gvern jkun qed jikser il-liġijiet meta lin-nies jerħilhom imutu. U ħaġa bħal din m’hix aċċettabbli, mhux hekk? Tant li Anton Rea Cutajar kiteb li jekk nażżardaw ninġabru fil-Belt Valletta, se jkun preżenti hu stess biex iwaqqafna x’aktarx armat b’waħda mill-armi mekkaniżżati li jiddiletta bihom.
Jew inkella jitħajjar ikeskes għalina waħda mit-tigri li għandu.
Dawn ir-ritratti kienu xxandru minn Daphne Caruana Galizia 5 snin ilu u bħas-soltu, bis-saħħa ta’ kitbietha, tkun tista’ tifhem il-kuntest ta’ dik il-kitba anki wara li jkunu għaddew 5 snin. Dan il-partitarju tal-Labour Anton Rea Cutajar għandu ċertu ġid li ħadd ma jaf minn fejn wasal f’ħoġru, għandu ġibda għall-vjolenza, iħobb jilgħabha tal-buli, jehda b’affarijiet ħajjin misruqin mill-kuntest tagħhom, hu lsir tas-setgħa li mingħalih li għandu u jlissen diskors tat-tfal tal-iskola tan-nuna: tabilħaqq xempju tal-perfezzjoni.
Anton Rea Cutajar jista’ jinżel għarrkupptejh u jbusli l-bajd.
Ħadd ma jesprimiha aħjar minn Malcolm Tucker.
Posted by Anton Rea Cutajar on Thursday, April 16, 2020