Sigħat qabel l-immigranti ttieħdu lura lejn il-Libja bis-saħħa ta’ operazzjoni organizzata minn Malta, vapur tal-flotta navali Taljana kellu jagħmel evakwazzjoni minħabba l-periklu ġej minn bombi sparati mill-artillerija.

Nhar it-Tnejn f’nofs ta’ lejl, l-awtoritajiet Maltin ħarġu avviż hekk kif lemħu il-55 immigrant li eventwalment inġarrew lura lejn il-Libja – jigifieri dawk li kien fadal mill-grupp li beda’ l-vjaġġ – u talbu lill-baħħara biex jiġbru u jgħabbu lil dawk li kienu għadhom ħajjin u biex jieħduhom f'”post fejn ikun hemm is-sigurtà”.

Malta kienet iddikjarat li fil-portijiet tagħha hemm nuqqas ta’ sigurtà minħabba l-epidemija Covid-19.

U dawk li baqgħu ħajjin ittieħdu lejn Tripli. Kemm hemm sigurtà fi Tripli?

Dak li seħħ nhar l-Erbgħa 15 ta’ April – jum qabel twettaq is-salvataġġ – jista’ jipprovdi tweġiba għal din il-mistoqsija.

Fir-ritratt ta’ hawn taħt, ftit il-bogħod mill-vapur suppost ta’ mingħajr isem u ta’ bla bandiera navali li għabba lill-immigranti u wassalhom sal-bażi militari fi Tripli, jidher il-vapur tal-flotta navali Taljana li jġib l-isem Gorgona.

Il-vapur Gorgona huwa bażat fil-bażi militari Abu Sitta fi Tripli u qed jassisti lill-gvern tal-pajjiż li hu rikonoxxut minn Nazzjonijiet Uniti.

Iżda nhar l-Erbgħa, dan il-port kien qed jiġi attakkat u bumbardjat minn suldati li huma lejali lejn il-Kmandant    Khalifa Haftar. Uħud mill-bombi li ġew sparati waqgħu inqas minn 500 metru ‘l bogħod mill-vapur Gorgona u minħabba s-sitwazzjoni perikoluża li kien hemm fil-port, il-Gorgona salpa mill-port u ankra 12 il-mil ‘il barra mill-kosta Libjana.

L-għada filgħodu, il-Gorgona reġa’ daħal fil-port u ltaqa’ mal-vapur li kien jismu Mae Yemenja bl-immigranti li nġabru mill-ibħra Maltin abbord bis-saħħa ta’ operazzjoni kordinata mill-awtoritajiet Maltin.