Ma smajna xejn aktar dwar 62 immigrant mill-4.30 ta’ dalgħodu kemm ilhom li dawn għamlu talba urġenti biex jingħataw l-għajnuna lill-NGO Alarm Phone hekk kif id-dgħajsa li kienu riekbin fuqha bdiet tagħmel l-ilma. Tal-Alarm Phone qed igħidu li x’aktarx li d-dgħajsa ntlemħet il-bieraħ wara nofsinhar mill-Frontex waqt titjira ta’ sorveljanza.
L-aġenzija qed tgħid li qed jippruvaw jagħmlu kuntatt mal-forzi armati ta’ Malta iżda ħadd m’hu jwieġeb it-telefon.
Mid-dehra r-reazzjoni uffiċjali hi: ‘tagħmlu xejn, tgħidu xejn’.
SOS! ~62 ruħ fil-periklu!
Dal-lejl irċievejna sejħa minn dgħajsa fil-periklu tal-għarqa li ħarbet mil-Libja. Skont l-informazzjoni li waslitilna, abbord hemm 13 il-mara u 6 itfal.
L-awtoritajiet ġew infurmati. Lil dawn tħalluhomx jegħrqu u jmutu bil-ġuħ kif ħallejtu grupp ieħor ta’ immigranti ħmistax ilu!
— Alarm Phone (@alarm_phone) 28 ta’ April 2020