About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7949 blog entries.

Dikjarazzjoni ta’ David Gonzi

By
2018-02-04T23:09:31+01:00Sat, 3rd Feb '18, 00:23|

Id-dikjarazzjoni li ġejja tirreferi għall-istorja li ppubblikajt aktar kmieni dalgħodu dwar l-arresti fl-Italja b'rabta mal-attivitajiet ta' ħasil tal-flus minn ċirku tal-Mafja li kien qed juża kumpanija Maltija biex jaħsel il-flus. Fil-passat il-kumpanija Maltija kienet tappartjeni lil kumpanija fiduċjarja li David Gonzi hu wieħed mit-tliet partners tagħha. Imma kif hu ddikjarat hawn isfel, il-kumpanija Maltija kienet [...]

The Guardian: investigazzjoni tal-Awtorita’ Bankarja Ewropea dwar Pilatus Bank

By
2018-02-02T19:50:07+01:00Fri, 2nd Feb '18, 19:49|

Il-ġurnal Ingliż The Guardian fiħ rapport dwar it-tnedija ta’ investigazzjoni regolatorja dwar is-superviżjoni tal-Pilatus Bank. L-Awtorita’ Bankarja Ewropea qed taġixxi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew. Fost id-dmirijiet tar-regolaturi hemm dak li jirċievu rapporti dwar aġir illegali li jkun allegatament seħħ f’organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tagħhom. Xogħolhom hu li jgħarblu sew dawn ir-rapporti. [...]

Ħbieb qaqoċċa

By
2018-02-04T05:11:07+01:00Fri, 2nd Feb '18, 16:44|

Il-bieraħ ktibt li  dak li nkiss inkiss fetaħ kumpannija fil-Panama, indaħal fejn ma jesgħux dwar ix-xiri taż-żejt, allegatament “irranġa” l-kuntratt tal-isptar, allegatament daħħal kummissjoni mill-bejgħ ta’ vapur, ħawwad fil-borma tax-xiri tal-power station – il-Ministru Konrad Mizzi jidher li hu ħabib qaqoċċa ma’ Darren Casha, bniedem li għamel żmien twil nieqes minn Malta għax kellu salt [...]

MPE jiddefendu ‘l Efimova minn malafama mxandra Ċipru

By
2018-02-02T16:34:32+01:00Fri, 2nd Feb '18, 16:34|

Din li ġejja hi stqarrija li nħarġet minn Membri Parlamentari li jirrappreżentaw il-partiti rappreżentati fil-Parlament Ewropew li fiha jikkundannaw rapporti li xxandru fil-mezzi tax-xandir ta’ Ċipru – rapporti li xxandru wkoll hawn Malta b’konvinzjoni liema bħalha minn ġurnalisti tal-Labour – li huma malafamanti fil-konfront ta’ Maria Efimova, il-persuna li hi xhud ma’ oħrajn dwar illegalitajiet [...]

Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus “Prova X” Engerer

By
2018-02-04T05:09:30+01:00Fri, 2nd Feb '18, 15:50|

Dan il-gvern iġiegħlek tistħi. David Casa ppubblika t-tweġiba li l-Gvern bagħat lill-Parlament Ewropew wara r-rapport dwar l-istat tad-dritt fejn Malta ġiet ikkritikata bl-aħrax.  Is-sens ġenerali tat-tweġiba kien 'intom stupidi, aħna qegħdin fit-tajjeb, m'għandna xejn x'nitgħallmu dwar l-istat tad-dritt, itilqu 'l hemm'.  Jekk tridu d-dettalji, fl-aħħar ta' dan il-powst hemm link għar-rapport. Imma se niġbdilkom l-attenzjoni [...]

Biex iseħħ is-sewwa

By
2018-02-02T13:10:08+01:00Fri, 2nd Feb '18, 13:10|

Ippermettuli nagħti ġieħ lil dak iż-żagħżugħ li, fil-preżenza tal-President, tkellem minn qalbu dwar dak li qed jiġri madwarna. Għal dawn l-aħħar erba’ xhur ilmentajt kemm-il darba li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li qed jipprotestaw favur il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt ma tistax issejħilhom żagħżagħ. Kopja tad-diskors issibha hawn. Meta żagħżugħ iqum minn postu biex jitkellem minn [...]

UPDATED: Empatija fejn mhux postha

By
2018-02-19T09:35:03+01:00Fri, 2nd Feb '18, 11:29|

Updated 16:00. Hawnhekk issibu kopja tas-Sentenza tal-Maġistrat Joe Mifsud. Il-premessi għall-konklużjoni tiegħu huma dokumentati bir-reqqa, allura jista' jkun hemm analiżi alternattiva għar-raġunament tiegħu. 30_01_2018-3_2018-109986 Lill-Maġistrat Joe Mifsud ili nafu bosta snin. Kien l-ewwel boss tiegħi meta kien il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet ta' Bay Radio. Kelli 15-il sena u kont għadni ħalib ommi fi snieni, bla esperjenza ta' [...]

Karattru dubjuż fuq in-naħa l-oħra tat-triq

By
2018-02-07T00:44:44+01:00Thu, 1st Feb '18, 22:47|

Konrad Mizzi hu aktar intelliġenti minni f'ħafna aspetti. Żgur li hu aktar kapaċi minni biex iżomm ruħu fit. F'dan ir-ritratt jidher nieżel max-Xatt ta' San Ġiljan ma' ħabib tal-qalb tiegħu li miegħu jmur jimxi regolarment. M'iniex f'pożizzjoni li nagħmel test tad-DNA biex inkun naf b'ċertezza min hu s-sieħeb ta' Konrad Mizzi imma milli qed nara, [...]

L-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija

By
2022-08-24T10:07:26+02:00Thu, 1st Feb '18, 13:32|

Ftit tal-jiem ilu kont qed naħdem ma’ ġurnalista ta’ kontra l-mafja li nzerta kien qiegħed Malta biex jinvestiga ċerti attivitajiet suspettużi li jirrigwardaw kriminali minn pajjiżu. Wara li rajt ir-rapport tiegħu b’ċerta impertinenza fakkartu li xi wħud mill-allegazzjonijiet tiegħu ġew miċħuda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti. Għaliex hu ma kienx qiegħed ifakkar li [...]

It-tobba tal-MAM jieħdu ħsieb saħħtek

By
2018-01-31T20:15:41+01:00Wed, 31st Jan '18, 20:15|

Id-deċiżjoni tal-union tat-tobba li tieħu xi forma ta’ azzjoni bi protesta kontra t-trasferiment ta’ tlieta mill-isptarijiet tagħna lil kumpanija Amerikana li tagħmel il-qligħ u li ma nafux min hi, hija kompletament ġustifikata. Ovvjament tal-MAM issa jistgħu jistennew li jdabbruha waħda u sew min-naħa tal-midja kkontrollata mil-Labour u anke minn parti kbira mill-pazjenti li f’isimhom, fil-verità, [...]

Il-ħallelin tal-Ewropa

By
2018-01-31T19:54:34+01:00Wed, 31st Jan '18, 19:54|

Agħtu titwila lejn il-mod kif qed tħares lejna d-dinja bħalissa mill-ewwel Episodju tas-sensiela li qed tixxandar fuq Netflix bl-isem “Flus Maħmuġin”. Mhux possibbli li tisimgħu dak li qed jingħad iżda tistgħu tifhmu permezz tal-kliem bl-Ingliż. Tistgħu ukoll issegwu s-sensiela kollha permezz ta’ abbonament man-Netflix. https://www.youtube.com/watch?v=_LTmF86UEmc

Michelle Muscat tammetti li tkellmet ma’ xhud fl-inkjesta Egrant

By
2018-01-31T17:58:27+01:00Wed, 31st Jan '18, 17:58|

Illum mart il-Prim Ministru Michelle Muscat wieġbet għal mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sieħba tagħha fin-negozju kienet ħallset f'daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta’ appartament fi New York u dan ftit ġranet biss wara li kien allegatement sar ħlas lilha ta’ 400,000 Dollaru Amerikan minn Pilatus Bank. [...]

Maltin li l-Istati Uniti qed jikkunsidraw għas-sanzjonijiet

By
2018-01-31T14:33:07+01:00Wed, 31st Jan '18, 14:33|

Lovin Malta għadha kemm lemħet l-ismijiet ta' tliet cittadini Maltin li huma midħla sew tal-President Russu Vladimir Putin f'lista mxandra mid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan. It-tlieta huma mwildin fir-Russja. Jekk dawn il-persuni nsejjħulhom "Russi" ma nkunux qed niżbaljaw. Madankollu l-fatt jibqa' li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Natanovich Nesis huma ċittadini Maltin. Tistgħu issibu aktar dettalji [...]

L-Effett Kexkiexi

By
2018-02-01T18:58:38+01:00Wed, 31st Jan '18, 14:16|

Il-ġurnal Malta Today illum xandar id-dettalji ta’ kawża li tal-Pilatus Bank kienu ppreżentaw waqt il-kampanja elettorali tal-2017 kontra Daphne Caruana Galizia, liema kawża imbagħad kienet ġiet irtirata ftit siegħat biss wara l-assassinju tagħha. Fil-verżjoni online tal-istess ġurnal tistgħu ssibu kopja sħiħa tal-kontenut tal-kawża. Ittantajt nakkwista kopja tad-dokument iżda jidher li tal-Malta Today irnexxielhom jakkwistawh qabli. [...]

Newtralità bla ebda loġika

By
2018-02-04T05:16:03+01:00Mon, 29th Jan '18, 23:15|

Il-loġika fit-tmexxija ta' pajjiżna verament m'għadhiex xi ħaġa obbligatorja. Saret xi ħaġa optional. Josè Herrera jaħseb li jkun qed jidher sabiħ u jagħti l-impressjoni li jinteressah meta jgħid li l-uffiċċju tiegħu qed joħroġ ftit flus żejda għall-ġid tal-Park tal-Majjistral ħalli l-NGOs li jmexxu l-park ikunu jistgħu jieqfu jeqirdu dwar l-estensjoni tal-ħinijiet tal-kaċċa fir-riserva li suppost qiegħda [...]

Wasalna għal kafè ieħor fil-canteen tal-Betsson

By
2018-02-18T16:38:44+01:00Mon, 29th Jan '18, 16:23|

Kien ilu tlett ijiem biss li twieled dal-blogg. Il-Prim Ministru, ikkonfermat mill-ġdid fl-elezzjoni ta' Ġunju, kien għadu qas biss ifforma l-Kabinett.  Telaq mgħaġġel lejn Ta' Xbiex, mossa pubbliċitarja bil-mira li jwaqqa' l-argument ta' qabel l-elezzjoni tal-PN li jekk jerġa' jitla' nkunu qed nheddu s-servizzi finanzjarji u l-industrija tal-gaming.   Ried juri li tal-Betsson għadhom ħbieb [...]

Go to Top