Mela issa ammettew li l-mafja ħakmet lill-Partit Laburista

By
2020-06-23T23:07:06+02:00Tue, 23rd Jun '20, 19:59|

Evarist Bartolo kompla bil-karba Danteska dwar il-korruzzjoni li hemm fi ħdan il-partit tiegħu iżda qal li m'hux bi ħsiebu jieħu lezzjonijiet mingħand il-PN dwar l-infiltrazzjoni tal-mafja. Għaliex? Kemm il-assassinju organizzat mill-istat twettaq meta kien hemm il-PN fil-gvern? Evarist Bartolo stqarr li kien biss Alfred Sant li ġġieled kontra l-mafja bis-serjetà qabel leħaq Robert Abela. Ejjew [...]

Mistoqsija tal-aħħar

By
2020-06-23T18:14:24+02:00Tue, 23rd Jun '20, 14:28|

Aktar kmieni llum ktibt dwar il-mistoqsijiet finali li għamel il-bieraħ l-Ispettur Keith Arnaud meta quddiemu kellu lil Keith Schembri bħala xhud fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech. Dawn kienu mistoqsijiet li jien ħassejt li saru biex ikunu saru u mhux b'xi aspettattiva li Keith Schembri kien ser jiżvela xi ħaġa bit-tweġibiet tiegħu. Il-bieraħ, qabel Keith Schembri tela' [...]

Kenneth Camilleri: messaġġier jew bojja?

By
2020-06-23T14:15:44+02:00Tue, 23rd Jun '20, 13:01|

Il-bieraħ Kenneth Camilleri daħal il-qorti taħt suspett li kien serva ta' messaġġier. Ismu kien issemma' tard is-sena li għaddiet meta Melvyn Theuma kien stqarr li Kenneth Camilleri kien żaru d-dar tiegħu fi żmien li fih kien taħt pressjoni kbira minn naħa tal-aħwa Degiorgio biex igħinhom joħorġu mill-ħabs bil-libertà proviżorja. Melvyn Theuma kien ilu jiffitta lil [...]

Keith Schembri jdaħħal lil Joseph Muscat fil-kredu

By
2020-06-23T13:01:01+02:00Tue, 23rd Jun '20, 11:02|

Fl-isfond tal-kontradizzjonijiet, l-iskużi, d-duħħan u d-dikjarazzjonijiet li saru l-bieraħ fil-Qorti, sirna nafu ħwejjeġ ġodda mix-xhieda li ta Keith Schembri. Lejlet dakinhar li Yorgen Fenech ittanta li jaħrab permezz tal-lanċa lussuża tiegħu, Keith Schembri qal li għamel madwar 24 minuta ma' Yorgen Fenech fuq it-telefon u pprova jipperswadih li jibqa' Malta. Qallu li jekk jaħrab, kien [...]

Mhux biżżejjed li jitwaqqa’ gvern

By
2020-06-23T11:48:18+02:00Tue, 23rd Jun '20, 10:26|

Photo: Jon Borg Waqt li kont fil-Belt Valletta ma' dawk li kienu miġburin għall-protesta quddiem il-bini tal-Parlament, rajt titlu ta' storja li xxandret dwar ir-rapport annwali tal-Ombudsman. It-titlu tal-istorja tal-MaltaToday igħid hekk “l-Ombudsman: soċjetà ċivili determinata twaqqa' lill-iskreditat Muscat mis-setgħa”. It-Times of Malta xandret artiklu intitolat hekk: “Soċjetà ċivili waqqgħet gvern – l-Ombudsman,” [...]

GUEST POST: Kelmtejn

By
2020-06-22T09:47:24+02:00Mon, 22nd Jun '20, 09:47|

Anġlu Farrugia ċaħad it-talba tal-Oppożizzjoni biex sala fil-Parlament tiġi ddedikata lil Daphne Caruana Galizia. L-Ispeaker qal li sala msemmija għal ġurnalista li ġiet assasinata għax kienet tikteb kontra l-korruzzjoni, tiġi minn fejn tiġi – Partit Laburista u Partit Nazzjonalista – tkun qed tikser in-newtralita tal-Parlament. Ħrafa. Għax lil Anġlu Farrugia, Daphne Caruana Galizia ma tinżillux. [...]

Keith Schembri jwiegħed

By
2020-06-22T17:46:05+02:00Mon, 22nd Jun '20, 08:06|

Keith Schembri wiegħed li jgħidilna l-verità Tiskanta kif ċerti nies iwiegħdu dak li hu minn ewl id-dinja. Jumejn ilu Joseph Muscat wiegħed li ser jibqa' disponibbli li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija. Għaliex? Jaqaw issa għandna għażla? Hawn xi ħadd li għandu l-jedd li jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija? Jaqaw Keith Schembri qed igħid li hawn xi [...]

Għaliex jeħtieġ li nissieltu

By
2020-06-22T15:39:08+02:00Mon, 22nd Jun '20, 07:58|

  Għaliex jekk ma nagħmlu xejn, il-qattiela ta' Daphne jgħadduha lixxa. Għaliex serqulna flus li jridu jintraddu lura. Għaliex ma nistgħux nittamaw li ssir il-ġustizzja kemm il-darba din l-inġustizzja titħalla għaddejja. Għaliex jekk ma jiġux ikkastigati, il-politiċi tal-llum u dawk ta' għada jibdew jaħsbu li jistgħu jgħadduha lixxa fuq kollox. Għaliex il-partiti politiċi m'humiex jiffunzjonaw. [...]

Ixxukkjati. Iżda ma skantajna xejn.

By
2020-06-22T17:46:53+02:00Sun, 21st Jun '20, 07:53|

Ftit huma dawk li kienu emmnu li Joseph Muscat ma kien jaf xejn dwar dak li kien qed iseħħ taħt imnieħru. Meta fl-2016, kien irrifjuta li jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta dawn inqabdu li kienu ħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama, kien ta ħjiel qawwi li hu kien imdaħħal magħhom. U konna fhimna [...]

Giddibin u ħallelin bil-provi

By
2020-06-19T17:56:49+02:00Fri, 19th Jun '20, 15:49|

Ir-Reuters u t-Times of Malta llum xandru dettalji dwar is-serqa kbira tal-Montenegro li permezz tagħha flus tal-Korporazzjoni Enemalta (jiġifieri, flusek, flusi u flus kull min iħallas it-taxxa u ta' kull min jikkonsma d-dawl f'Malta) baqgħu sejrin fil-bwiet ta' Yorgen Fenech, ta' Keith Schembri, ta' Konrad Mizzi u ta' kompliċi mill-Azerbajġan. Il-kwistjoni hi waħda kumplikata. U [...]

Araw x’jiġri meta jkunu l-ħallelin li jfasslu l-politika nazzjonali

By
2020-06-19T12:01:56+02:00Fri, 19th Jun '20, 08:48|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-istorja li xandret The Shift News dwar Lionel Gerada, disk-jockey li għamel isem hu u jwerżaq "Joseph!", "Joseph!" fil-mass meetings tal-Labour. Kien galoppin ta' Konrad Mizzi. Issa l-ħallelin għandhom drawwa li jxommu lil xulxin minn seba' mili bogħod u dawn it-tnejn kienu saru qaqoċċa. Lionel Gerada kien għoddu kielha l-għatba [...]

Jekk jegħreq hu, jegħrqu oħrajn miegħu

By
2020-06-17T11:43:16+02:00Wed, 17th Jun '20, 08:32|

Kien ikun ferm aħjar li kieku rabba xi ftit tal-esperjenza fit-tmexxija ta' organizzazzjoni kwalunkwe qabel tgħabba bil-piż tal-ħatra bħala prim ministru u bħala mexxej tal-Partit Laburista. L-imġieba tiegħu fil-konfront ta' Chris Cardona qed tkun waħda dgħajjfa. Li kieku Robert Abela għamel żmien bħala president ta' xi għaqda tal-kollezzjonisti tal-bolli jew ta' xi klabb tal-boċċi, kien [...]

Lawrence Cutajar qed jigdeb? Jew inkella nesa’?

By
2020-06-16T14:05:29+02:00Tue, 16th Jun '20, 12:56|

Għiduli li tridu imma dan li ġej inħoss li hu rilevanti. Mill-intervista li għamel Ivan Martin lil Lawrence Cutajar: L-assassinju ta' ġurnalista seħħ fiż-żmien meta kont Kummissarju int. Bħala kap tal-pulizija, int kellek ir-responsabbiltà li tħares is-sigurtà pubblika. Dan l-assassinju kien wieħed mill-akbar diżappunti tal-karriera tiegħi. Iżda hemm xi ftit tal-konsolazzjoni, xi ftit tas-sodisfazzjon, u [...]

Kontradizzjonijiet

By
2020-06-16T11:35:02+02:00Tue, 16th Jun '20, 09:27|

Il-kontradizzjonijiet fit-tweġibiet li ta Lawrence Cutajar lil Ivan Martin f'intervista lit-Times of Malta huma lampanti. Dan insista li lil Edgar Brincat “il-Ġojja” bil-kemm kien jafu. Qal li kien ilu ma jkellmu għal żmien twil u kien jafu miż-żmien meta kien serva ta' spettur tal-pulizija. Dan Brincat kien ikun fil-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel u kien jarah hemm. [...]

Qed nifhmu aħjar il-ħxuna tal-gideb li gidbu l-kapijiet tal-Pulizija ta’ Malta

By
2020-06-15T20:20:36+02:00Mon, 15th Jun '20, 15:33|

F'April 2018, jiġifieri sitt xhur wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-mexxejja tal-Europol kienu waslu biex jinbidlu. Id-direttur tagħha Rob Wainwright kien jeħtieġ li jwieġeb għal ittra li kienet bgħatitlu l-eks membru parlamentari Ewropea Ana Gomes li fiha talbitu informazzjoni dwar fejn kien wasal il-proċess tal-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Għalkemm Rob Wainwright [...]

L-isem tajjeb tal-Partit Laburista

By
2020-06-15T09:57:23+02:00Mon, 15th Jun '20, 08:31|

Għal ftit ma jaqbdekx id-daħk int u tara lil Chris Cardona jinjora l-pressjoni pubblika li l-mexxej tiegħu Robert Abela għamel fuqu biex iwarrab minn deputat mexxej tal-partit tiegħu u tarah jgħid li m'għandu ebda intenzjoni li jwarrab.  U dan minkejja l-fatt li Robert Abela ġie kwotat li qal li jinsab ċert li Chris Cardona kien [...]

Edward Scicluna, il-“farsa” huwa int

By
2020-06-12T12:17:24+02:00Fri, 12th Jun '20, 09:00|

m Edward Scicluna qarraq bil-kbir f'intervista li ta llum lit-Times of Malta. Huwa stqarr li l-inkjesta li qed issir dwar l-imġieba tal-ministri tal-kabinett fejn jidħol l-użu ta' flejjes pubbliċi biex issir propaganda fuq il-media soċjali u fuq il-Facebook, m'hi xejn ħlief "farsa". U għamel tiegħu l-iskuża li kien ġab Robert Abela meta l-Kummissarju l-Istandards fil-Ħajja [...]

Anġlu Gafà x’bi ħsiebu jagħmel bi Chris Cardona?

By
2020-06-12T10:52:50+02:00Fri, 12th Jun '20, 08:37|

Il-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ddeċidew li jibbojkottjaw is-seduta parlamentari li ser tgħarbel in-nomina Angelo Gafà għall-kariga ta' kummissarju tal-pulizija. Għalkemm kien hemm min ma qabilx mal-bojkott, nista' nifhem il-għala ttieħdet din id-deċiżjoni. Kif naraha jien, jekk issir taf li int fiċ-ċentru ta' ħadma, ikun aħjar jekk twarrab. Għax jekk int tipparteċipa f'ħadma, issir parti minnha u [...]

Wiċċ sfiq

By
2020-06-09T20:55:27+02:00Tue, 9th Jun '20, 18:29|

Net TV xandar ritratt ta' Konrad Mizzi ħiereġ mis-sala tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Qabel ġie lura Malta, seta' wera xi ftit tad-diċenza u ta żmien biex il-ħatra ta' Angelo Gafà tiġi konfermata. Konrad Mizzi ilu żmien twil jibgħat ċertifikati mediċi mir-Renju Unit li jiċċertifikaw li ma kienx f'sikktu biżżejjed għall-ivvjaġġar biex seta' jaqdi d-dmirijiet parlamentari [...]

Tikxfu xejn dwar il-festini fil-ħabs

By
2020-06-10T12:23:36+02:00Tue, 9th Jun '20, 18:19|

L-awtoritajiet tal-ħabs qed jagħmlu kaċċa għal min qed iwassal stejjer lill-ġurnalisti u dan wara li xxandar rapport fin-Newsbook dwar festini, xalar u ħruq illegali ta' nar fil-ħabs    Jien rajt ritratti ta' gwardjani tal-ħabs jixorbu xorb alkoħoliku f'festini organizzati fil-ħabs mid-direttur tal-ħabs Alexander Dalli. Ir-ritratti tqasqsu biex ma jintgħarfux il-gwardjani tal-ħabs li mxew fuq l-ordnijiet [...]

Go to Top