Il-għala dan id-dewmien kollu?

By
2020-06-05T17:57:47+02:00Fri, 5th Jun '20, 15:19|

Hi u tagħti d-digriet tagħha fuq rikors li kien għamel il-Koħħu biex jingħata l-libertà proviżorja, l-Imħallef li qed tmexxi l-proċess kontra dawk li huma suspettati li qatlu lil Daphne, stqarret li “huwa evidenti li x-xibka ta' kriminalità li kellha x'taqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għadha ma ġietx ikkontrollata għal kollox u għad hemm min [...]

Kien hemm ukoll sensar ieħor?

By
2020-06-04T17:37:03+02:00Thu, 4th Jun '20, 13:55|

Il-possibilità li Chris Cardona seta' kien imdaħħal fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia reġgħet feġġet wara li din il-ġimgħa Melvyn Theuma wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu fil-qorti. Jason Azzopardi, li fil-qorti qed jidher parte civile għall-familja ta' Daphne Caruana Galizia, nhar it-Tnejn staqsa lil  Melvyn Theuma jekk qattx kien sema' bi ħlas li kien għamel Chris Cardona [...]

L-“espert” tal-inkjesta huwa l-avukat personali tal-maġistrat u soċju fl-uffiċċju legali ta’ ħu l-istess maġistrat.

By
2020-06-03T15:40:54+02:00Wed, 3rd Jun '20, 13:42|

L-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt fil-baħar ta' 12 il-ruħ wara li l-lanċa li dawn kienu riekbin fuqha tħalliet għal riħha għal diversi jiem qabel tniediet operazzjoni ta' salvataġġ fl-ibħra Maltin qed tkompli tegħreq fil-kontroversja. Dalgħodu The Shift News irrapporta li l-Maġistrat Joe Mifsud għadda lil Robert Abela kopja tax-xhieda kollha li kienet nġabret mill-inkjesta u dan [...]

Joseph, l-alla ċkejken tan-Nadur

By
2020-06-03T13:27:04+02:00Wed, 3rd Jun '20, 12:06|

Fil-gżejjer Vanuatu hemm tribù li tqim lil Philip Mountbatten-Windsor, id-Duka ta' Edinburgh. Din il-qima, l-antropologi jsejjħulha cargo cult. Il-leġġendi antiki li jemmnu fihom l-abitanti kienu twaħħdu mal-protokoll rjali li kienu mdorrijin isegwu b'għajnejhom kull meta xi membru tal-familja rjali kien iżur dawn il-gżejjer, li fis-snin 50 u 70 kienu magħrufin bħala New Hebrides. Il-kap tal-abitanti, [...]

Ftaħar u ħaraq l-inċens quddiem ix-xbieha tiegħu stess

By
2020-06-02T11:17:28+02:00Tue, 2nd Jun '20, 10:31|

Robert Abela qed jitgerbeb f'ilsienu. U issa li hu l-prim ministru, ftit huma dawk li qed jittantaw iwaqqfuh milli jibqa' jtaqtaq. Kull darba li jiġi mħabbar li bi ħsiebu jindirizza lin-nazzjon, in-nies tibda' tgorr minn taħt l-ilsien. U qabel jixgħalu sett tat-televiżjoni, n-nies tistenna' 7 minuti mill-ħin li fih suppost għandu jibda' jitħaddet għaliex issa [...]

Erħilu l-Facebook, Clint. Aħjar tiffanga fil-kannelloni

By
2020-06-02T16:26:30+02:00Tue, 2nd Jun '20, 09:00|

Mingħajr ma rridu, l-kannelloni ifakkruna fl-ikel Taljan. Iżda l-istorja li ġejja dwar il-kannelloni hi marbuta mal-gżira ta' Għawdex. Il-kitba li tidher hawn taħt, ittellgħet fil-Facebook minn uffiċjal għoli li jaħdem mal-ministru Anton Refalo. Kevin Mompalao lil Yorgen Fenech m'għadux iniżżlu. U kien beda' jeħillu fi ġriżmejh minn meta rriżulta li dan in-negozjant għani, li jinsab [...]

M’għandux il-ħila jżomm iebes

By
2020-06-01T10:40:03+02:00Mon, 1st Jun '20, 07:14|

Il-bieraħ rajna b'għajnejna lil Robert Abela bin-nuqqas ta' esperjenza tiegħu, bin-nuqqas ta' fiduċja li għandu fih innifsu u bil-populiżmu kollu tiegħu. In-nuqqas ta' esperjenza ntweriet mill-fatt li dan mingħalih li qed jiggverna għal dawk li jagħmlulu l-ilmenti. L-istejjer li rrakkonta l-bieraħ dwar xi ħadd li weħel multa talli resaq viċin wisq lejn vann tal-ħaxix jew [...]

Messaġġ tal-WhatsApp mill-maġistrat inkwirenti lill-membri kollha tal-ġudikatura: “Bgħattilkom kopja tar-rapport”. Il-messaġġ tħassar ftit wara.

By
2020-05-29T12:10:41+02:00Fri, 29th May '20, 10:01|

Ninsab infurmat li l-maġistrat li qed imexxi inkjesta dwar il-mewt fil-baħar ta' 12 il-ruħ fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid  il-bieraħ bgħat żewġ messaġġi b'riferenza għar-rapport tiegħu lill-kollegi tiegħu kollha fil-ġudikatura u kiteb il-kummentio li ġejjin: ‘Għandkom ħafna x'taqraw.' u 'Bgħattilkom kopja.' Milli jidher dawn iż-żewġ messaġġi ntbagħtu l-bieraħ mill-WhatsApp account tal-Maġistrat Joe Mifsud lill-group chat ta' [...]

Aktar ma ndumu nkarkru, aktar diffiċli li nsibu tarf

By
2020-05-28T18:34:49+02:00Thu, 28th May '20, 17:33|

Intbagħtet ir-raba' lanċa biex tgħabbi lill-immigranti fuq il-baħar. Fil-frattemp, il-pajjiżi Ewropej baqgħu jsostnu li, dment li Malta tippretendi li tirċievi s-solidarjetà, għandha toqgħod għall-obbligi legali tagħha. L-immigranti li jinsabu riekbin fuq tliet laneċ tal-Captain Morgan u fuq ir-raba' lanċa li ġġib l-isem Supreme Cruises jinsabu fit-territorju Malti. Il-laneċ għandhom mnejn jinsabu ankrati 'l barra mill-ibħra [...]

Tgħid ser nibilgħu l-bajtra qabel inqaxxruha?

By
2020-05-28T16:29:01+02:00Thu, 28th May '20, 12:33|

Ħajjitna m'hix tmur lura għal dik li kienet u ser ikun jeħtieġilna nibdlu l-mod kif naqilgħu l-ħobża tagħna ta' kuljum. Milli jidher, uħud mill-operaturi tat-turiżmu mingħalihom li sal-aħħar ta' din is-sena ser jirnexxielhom iġibu turisti f'Malta daqs kemm ġabu s-sena l-oħra. Iżda din m'hix ir-realtà. Il-kwistjoni m'hix biss dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet u dwar il-ftuħ mill-ġdid [...]

Farsa traġika pulizjeska

By
2020-05-25T13:23:17+02:00Mon, 25th May '20, 10:11|

Il-Malta Independent tal-bieraħ laqtet il-musmar fuq rasu meta, bi prominenza, ntitolat artiklu ewlieni tagħha bil-kliem li ġej: “The knives are out: How police chief appointment risks turning into a farce.” Il-proċess tal-għażla jidher li ma tantx qed jispira fiduċja. U, b'mod urġenti, dan il-pajjiż jeħtieġ dipartiment tal-pulizija mtejjeb u b'saħħtu. Edward Zammit Lewis mingħalih li, [...]

Qalilna li għadda minkejja li għadu ma qagħadx għall-eżami

By
2020-05-24T22:21:10+02:00Sun, 24th May '20, 09:23|

Min qed jieħu ħsieb il-pubbliċità ta' Edward Zammit Lewis mingħalih li riklami mħallsa mxandrin fuq ġurnal għandu jkollhom l-effett li jaqilgħulu l-prosit tal-qarrejja. Fir-riklam, Edward Zammit Lewis igħid li “f'inqas minn 4 xhur dan il-gvern mexxa' 'l quddiem proposti leġiżlattivi storiċi u mingħajr preċedent għall-ġudikatura u għall-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż”. Kważi kull kelma f'din l-istqarrija [...]

Il-ġurnaliżmu u d-demokrazija

By
2020-05-23T11:31:43+02:00Sat, 23rd May '20, 11:30|

Dan hu test ta' preżentazzjoni li tajt il-bieraħ waqt webinar organizzat minn Repubblika. Il-Kostituzzjoni ta’ Malta tgħid li “ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu ta’ espressjoni, magħduda libertà li jkollu fehmiet mingħajr indħil, u libertà li jirċievi idejat u tagħrif mingħajr indħil.” Dan hu l-artiklu 41 li jitfa’ dawl fuq iż-żewġ naħat tal-libertà [...]

Qasamna bid-daħk

By
2020-05-22T13:54:21+02:00Fri, 22nd May '20, 13:27|

Reno Calleja ilu għomru u żmienu jogħxina bid-daħk. Kien ministru fil-gvern ta' Dom Mintoff sakemm spiċċa biex, qasir il-għomor, kalawħ 'il barra. Għomor u żmien ta' irrilevanza li qattgħu jħuf madwar il-Partit Laburista bħal dinosawru rxuxtat minn żmien meta tal-Labour kienu jservu ta' qaddejja fidili taċ-Ċina Komunista f'din in-naħa tad-dinja. Għal żmein twil dan ried [...]

Disprezz

By
2020-05-22T12:35:47+02:00Fri, 22nd May '20, 10:57|

Huwa tassew ta' tħassib meta wieħed jara lill-gvern iġib ruħu b'tant disprezz fil-konfront tal-proċess tal-Kummissjoni ta' Venezja. Għall-bidu lil tal-Kummissjoni, l-gvern kien injorahom għal 18 il-xahar sħaħ u issa qed jipprova igħaddihom biż-żmien bid-dħul ta' tibdil superfiċjali u kożmetiku. Qed jittrattahom bħallikieku dawn huma xi qatta' boloħ bla esperjenza u taħriġ biżżejjed biex ixommu l-qerq [...]

Ġifa li għażel li jilgħab karta

By
2020-05-21T18:38:57+02:00Thu, 21st May '20, 16:18|

Minkejja l-fatt li r-riskju tal-konsegwenzi li nistgħu nġarrbu f'każ ta' żjieda ta' infezzjonijiet kaġunati mill-imxijja Covid-19 għadhom l-istess bħalma kienu f'Marzu li għadda, Robert Abela m'għandux il-kuraġġ jammetti li, fl-aħħar mill-aħħar, jeħtieġ li jkun hu li jerfa' r-responsabbiltà tad-deċiżjoni li ħa li għandna niffaċċjaw ir-riskju mingħajr ma ningħalqu f'darna. Robert Abela hu mbeżża' mill-imxijja Covid-19 [...]

Għidli x’ser nagħmel, Dott?

By
2020-05-21T20:27:31+02:00Thu, 21st May '20, 16:13|

Kellu għalfejn il-prim ministru joqgħod jiċħad li Charmaine Gauci kienet ser twarrab? Din iċ-ċaħda kellha riħa ta' konferma involontarja. Minn nhar il-Ġimgħa 'l hawn smajt ħafna stejjer mingħand diversi għejjun li Charmaine Gauci ma setgħetx tibqa' tissaporti l-fatt li kienet qed tiġi wżata minn Robert Abela bħala paraventu sabiex tiċċertifika pariri li hi kienet kontra [...]

Bla mistħija ta’ xejn, qed ixerrdu kredu favur il-faxxiżmu u r-razziżmu

By
2020-05-21T15:11:27+02:00Thu, 21st May '20, 07:14|

BugM kiteb li dan li ġej isaħħaħ ġmielu l-argument favur il-projbizzjoni li partit politiku jkun sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu. A 1:50 clip presenting a compelling argument in favour of the immediate shutting down of political tv stations in Malta. pic.twitter.com/gIMNmIG7sw — BugM (@bugdavem) May 20, 2020 M'għandniex xi ngħidu, għandu raġun biex ibiegħ. Il-partiti politiċi [...]

Attivist isejjaħ protesta illum fil-Belt Valletta dwar il-mod li qed jiġu trattati dawk li qed ifittxu li jingħataw l-ażil

By
2020-05-20T15:40:10+02:00Wed, 20th May '20, 15:13|

L-attivist Xandru Cassar qed jitlob li min jaħsibha bħalu biex jingħaqad miegħu il-lejla fis-19.00 qrib il-bini tal-Parlament sabiex jitqiegħdu xemgħat mal-bieb tal-Parlament bħala simbolu tal-protesta kontra t-trattament ħażin mill-awtoritajiet Maltin ta' dawk li qed ifittxu l-ażil. Malli feġġet l-imxijja tal-coronavirus, il-gvern baqa' jirrifjuta li jonora l-obbligu internazzjonali tiegħu li jsalva l-ħajja ta' min ikun f'periklu [...]

Malta mhux jirnexxielha tirbaħ il-fiduċja tal-Ewropa – Il Foglio

By
2020-05-20T10:24:56+02:00Wed, 20th May '20, 09:30|

Malta tissemma' llum f'rapport li xandar il-ġurnal Taljan Il Foglio li jġib it-titlu today “L’Isola dei Sovranisti”. Is-‘Sovranismo’ hi kelma politika li tiddeskrivi dawk il-politiċi tal-lemin estrem li jitkellmu favur l-awtonomija u l-indipendenza tal-istat u jidhrilhom li pajjiż għandu jaġixxi biss fl-interessi tiegħu mingħajr ma jagħti każ tal-liġijiet u tal-koperazzjoni internazzjonali. Din il-kelma ta' spiss [...]

Go to Top