Tgħid il-gvern issa qabad it-tielet triq?
Tikkawża kemm tikkawża problemi d-deċiżjoni li l-immigranti jinżammu bejn sema u ilma, hi wkoll deċiżjoni li tipprovdi alternattiva għall-ewwel għażla li għamel il-gvern fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid. X'aktarx biex jemula s-sagrifiċċju li kien għamel Kristu, din l-ewwel għażla kienet li lill-immigranti terħilhom jegħrqu fil-baħar. Il-gvern waħħal fl-immigranti talli dawn għażlu li jaqsmu bil-baħar minflok baqgħu [...]