M’hix mewġa, imma tsunami

By
2020-08-05T11:33:54+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:03|

Prim, tagħmilx bħal ta' qablek għax tinkwetani. Din tal-Covid, qisha kobb'oħra tal-Ażerbajġani. Dir-ras iebsa għalfejn? Jew ma tafx tgħodd sal-mitejn? Din veru mhix mewġa, imma tsunami.

Sploda l-konsum

By
2020-08-05T11:27:09+02:00Wed, 5th Aug '20, 10:47|

Rajna wkoll 'l-Ministru tal-Enerġija. Qal li l-konsum sploda bil-pandemija. "Anke l-pills blu ma sabx jixtri hu, għax f'Malta kulħadd għaddej għalenija."

Skola f’Jannar

By
2020-08-05T11:24:21+02:00Wed, 5th Aug '20, 10:44|

Fl-aħħar ġie Owen barbut u fartas, fl-edukazzjoni, hu ftaħar li studja kull każ, “Skola f'Jannar u vaganzi fi Frar” Imbagħad beda jonħor għax qabdu n-ngħas.

Kawlata storika?

By
2020-08-05T10:41:25+02:00Wed, 5th Aug '20, 09:54|

Illum Pieter Omtzigt ta r-reazzjoni tiegħu għall-għaġeb kollu li għamel Edward Zammit Lewis dwar l-emendi kostituzzjonali "storiċi" li għadda l-Parlament għaxart ijiem ilu.  F'artikolu li kiteb fit-Times of Malta, huwa stqarr li “jidher li bosta mill-membri parlamentari lanqas biss qraw l-abbozz finali dakinhar li ġew imsejħa biex jivvutaw favurihom. Dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet [...]

L-“istorja” ta’ Norma

By
2020-08-04T18:16:36+02:00Tue, 4th Aug '20, 15:38|

Wara l-irtirar ta' Reno Bugeja mill-karga ta' kap tal-aħbarijiet ta' TVM, il-gvern Laburista ħatar floku lil Norma Saliba li sa ftit ġranet ilu kienet il-kelliema uffiċjali tal-President George Vella. Il-profil tagħha fil-LinkedIn għadu jindika li taħdem fl-Uffiċċju tal-President. Qed nassumi li din m'hix tokkupa żewġ karigi fl-istess ħin, hux hekk? Ejjew nassumu li dawk li [...]

Iwieġeb il-Prim Ministru

By
2020-08-03T14:16:09+02:00Mon, 3rd Aug '20, 08:35|

Aqra' dan li ġej qabel tkompli. Għażiża Charmaine, nixtieqek tiftakar, Li jien biss il-kaptan, mhux biex niftaħar. Jekk Fearne dam ma nduna, U lill-Isqof Scicluna, Intennilhom, li l-mewġ qed fil-baħar.

Il-vot tat-tesserati ser iħoll u jorbot

By
2020-08-03T12:24:56+02:00Mon, 3rd Aug '20, 08:25|

Ir-riżultati tal-elezzjonijiet huma kaxxa magħluqa. Adrian Delia tilef il-fiduċja tal-biċċa 'l kbira tal-membri tal-grupp parlamentari tiegħu, tal-kumitat eżekuttiv u, wara l-vot li ttieħed nhar is-Sibt li għadda, tal-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġenerali, li hu l-ogħla organu tal-PN. Iżda huwa fatt li, fit-tliet organi tal-PN, Adrian Delia għandu l-appoġġ ta' minoranza sostanzjali. Nhar is-Sibt li għadda kiseb [...]

Id-dnub tan-nisel ta’ Varist

By
2020-07-30T15:34:14+02:00Thu, 30th Jul '20, 11:24|

Ix-xhieda li Evarist Bartolo ta dan l-aħħar quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fakkarni mhux ftit fil-qrara pubblika li kien għamel quddiem Tim Sebastian. Bi kliemu reġa' stieden is-sarkażmu, l-istmerrija, x-xettiċiżmu u xi ftit tal-umoriżmu wkoll. Iżda bi ħsiebni niffoka biss fuq l-ipokresija. Evarist Bartolo stqarr li Keith Schembri kellu setgħa qawwija [...]

Qed jagħmel l-arja mar-regoli tax-xjenza

By
2020-07-27T18:33:42+02:00Mon, 27th Jul '20, 08:02|

F'Mejju li għadda Robert Abela tgħidx kemm nieda konferenzi stampa biex jiftaħar bis-"suċċess kbir" fit-trażżin tal-imxijja Covid-19. Hu ma tantx kellu x'jagħmel iżda kellu x-xorti li għandu ministru tas-saħħa fil-kabinett tiegħu li jaf x'qed jagħmel u li jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu x'inhuma. Kellu x-xorti wkoll li għandu dipartment tal-gvern li jaħdem tajjeb u li ma ġiex [...]

Għandu futur il-PN mingħajr Delia?

By
2020-07-27T14:52:41+02:00Mon, 27th Jul '20, 07:22|

Għaliex jinsab maħkum mid-delużjoni jew inkella għaliex jaħseb li għandu f'idejh strateġija rebbieħa, Adrian Delia jinsab miexi fuq il-passi ta' Joseph Muscat. Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-poeżija - waħda minn sensiela għal kull darba li taqbdu l-muża - li huwa xandar permezz tal-media soċjali: Hawn bħal speċi jrid ibellagħha li l-PN u Adrian Delia [...]

PODCAST: Se jkunu t-tesserati li jiddeċiedu d-destin tal-PN

By
2020-07-24T13:09:26+02:00Fri, 24th Jul '20, 10:41|

Manuel Delia · The Party Members Will Get To Speak ‘Il-membri huma s-sidien tal-partit,’ kienu qalulna s-segwaċi ta' Adrian Delia. Dawn il-membri kienu għażlu lilu u allura, skont dawn is-segwaċi, min jipprova jwarrbu ikun qed iċaħħadhom mid-dritt li jagħżlu l-mexxej. Is-sistemi demokratiċi ma jitħaddmux b'dan il-mod. Jitħaddmu b'dan il-mod il-monarkiji eletti. Ma tantx fadal minn [...]

Kannol nieqes mill-krema

By
2020-07-23T13:51:24+02:00Thu, 23rd Jul '20, 11:00|

Il-lejla jiltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq ordni tal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Huwa ta ordni li jitlaqqa' kumitat li, permezz ta' vot sigriet, sfiduċjah. U minkejja dan, baqa' jirrombla 'l quddiem u fuq l-aġenda qiegħed il-kliem "azzjonijiet konkreti". Kliem li bihom ried ifisser li jrid ipatti u jivvendika. Il-laqgħa tal-lejla ssegwi laqgħa bla sugu tal-grupp [...]

Fera’ lilu nnifsu??

By
2020-07-22T11:19:00+02:00Wed, 22nd Jul '20, 07:39|

Diġà hi ħaġa tat-tkexkix li xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni jispiċċa jilgħabha mal-mewt kaġun ta' ġrieħi gravi fuq ġismu. Iżda impossibbli li wieħed ma jitħassibx meta jara lill-Pulizija tiġbed konklużjoni tant mgħaġġla li Melvyn Theuma kien weġġa' lilu nnifsu u fl-istess ħin tipprova tbellagħha li dan kien każ ta' suwiċidju meta l-vittma kien għadu lanqas wasal l-isptar. [...]

Abdilla tas-sondaġġi

By
2020-07-17T12:52:38+02:00Fri, 17th Jul '20, 08:30|

Tas-Civil Society Network ta' spiss iniedu s-sondaġġi permezz tal-Facebook. Dawn is-sondaġġi m'humiex imsejsin fuq fatti xjentifiċi u minnhom innifishom m'humiex informattivi. Barra minn hekk ir-riżultati tas-sondaġġi kważi qatt ma jixxandru u huma biss rilevanti għall-argumenti li x'aktarx jistgħu jinġiebu mill-persuna jew l-organizzazzjoni li tagħmilhom. Madankollu n-nies tinġibed bħad-dubbien għal dawn l-hekk imsejjħa sondaġġi online. Minkejja [...]

Araw ftit x’qalilna Brian

By
2020-07-17T09:01:46+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:51|

Il-filmat li xxandar ta' Brian Hansford li fih jidher jagħti parir lis-segwaċi ta' Adrian Delia dwar il-mod kif jistgħu jagħmlu pressjoni fuq id-deputati Nazzjonalisti m'hu xejn ħlief xhieda ħajja dwar kemm dan il-bniedem hu ċuċ. Ilna nafu li Hansford, li jmexxi programm fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, huwa biċċa għodda f'idejn il-Partit Laburista li qed iservi [...]

L-istorja ta’ Ezekiel u ta’ Ishmael

By
2020-07-17T09:51:32+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:15|

Il-bieraħ fil-qorti seħħet storja mhux tas-soltu. L-avukati ta' Yorgen Fenech qalu li jeżisti tape recording li kien għamle Melvyn Theuma li għadu qatt ma nstema' fil-qorti. Dan it-tape recording l-avukati ta' Theuma kien jafu bih, iżda mid-dehra ħadd aktar ma kien jaf bl-eżistenza tiegħu. Milli jidher dan it-tape recording ma kienx issemma' għaliex il-komputer ta' [...]

L-elf jum ta’ Daphne

By
2020-07-12T20:40:50+02:00Sun, 12th Jul '20, 08:46|

Elf jum ilu Daphne Caruana Galizia nqatlet permezz ta' karrozza-bomba ftit passi 'l bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija. Kienet ġurnalista formidabbli li kienet tgawdi l-fiduċja ta' għejjun li kienu jidħlu f'ħafna riskji biex igħinu fix-xogħol tagħha u li kellha eluf ta' qarrejja f'pajjiż li kien jiddependi fuqha biex isir jaf x'kien qed jagħmel il-gvern. Kienet kitbet [...]

Esperti legali ma jaqblux ma’ Adrian Delia: il-President għandu jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni

By
2020-07-10T15:56:21+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:31|

Parir legali li ntalab minn grupp ta' deputati parlamentari li talbu lill-President biex jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni, jikkonferma li l-Kostituzzjoni tobbliga lill-President li jneħħi lil Adrian Delia mill-kariga u li jaħtar floku lill-kandidat magħżul minnhom. Il-bieraħ inħolqot konfużjoni sħiħa wara li Adrian Delia stqarr li kien bi ħsiebu jibqa' fil-kariga ta' [...]

L-istqarrijiet tal-lum ta’ Ian Abdilla

By
2020-07-10T16:58:14+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:29|

Bil-konfużjoni li hemm bħalissa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u bit-theddid ta' Adrian Delia li jisplodi kollox u jġib lill-partit frak, faċli ħafna li wieħed jaljena rasu minn ġrajjiet oħra li qed iseħħu fil-pajjiż. M'għandniex xi ngħidu, wieħed faċli li jaljena rasu għaliex Adrian Delia qed jhedded bit-tifrik appuntu sabiex ma nindunawx b'dak kollu li qed [...]

Go to Top