Meta l-gvern tiegħek jigdeb

By
2019-02-20T17:41:52+01:00Mon, 18th Feb '19, 17:00|

Ftit minuti biss wara li ntebaħ bir-rapport tal-Kumitat tal-House of Commons li kkonferma li kien ra b'għajnejh provi li jmeru l-verżjoni uffiċjali ta' Malta, il-gvern Malti rrepeta dak li kien stqarr u reġa' qal li l-allegazzjoni li, qabel l-elezzjoni tal-2013, tal-Labour kienu ltaqgħu ma' tal-SCL kienet waħda mingħajr bażi. M'għandniex xi ngħidu, fir-risposta tal-gvern hemm [...]

Repubblika tiltaqa’ mal-isteering committee dwar tibdil fil-Kostituzzjoni

By
2019-02-18T16:07:08+01:00Mon, 18th Feb '19, 16:05|

Delegazzjoni ta’ Repubblika mmexxijja mill-President Marion Pace Asciak iltaqgħat illum mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-isteering committee dwar ir-riforma kostituzzjonali. Kien hemm preżenti mill-isteering committee Louis Grech, Owen Bonnici u Tonio Borg. Fil-laqgħa, Repubblika stqarret li riforma kostituzzjonali teħtieġ tkun parteċipattiva u tinvolvi mill-qrib lis-soċjeta’ ċivili. Għalkemm hu rikonoxxut li deċiżjoni aħħarrija [...]

Kumitat tal-House of Commons fir-Renju Unit jagħti raġun lil rapport imxandar f’manueldelia.com dwar laqgħat bejn tal-SCL u tal-Labour qabel l-elezzjoni tal-2013. Imwarrba xilja tal-gvern li r-rapport kien biss “fake news”.

By
2019-02-18T14:54:37+01:00Mon, 18th Feb '19, 09:24|

Il-Kumitat tal-Parlament tar-Renju Unit dwar kwistjonijiet diġitali, kulturali, xandir u sport ma emmnitx ċaħdiet li kienu saru mill-gvern Malti li l-Partit Laburista ta' Malta “għal snin twal qabel l-elezzjoni tal-2013 kien innegozja mal-SCL Group”. Is-SCL Group hi l-istess organizzazzjoni li mbagħad għaddiet biex toħloq il-Cambridge Analytica li aktar tard sabet ruħħa fiċ-ċentru ta' skandlu enormi [...]

Verita’ u Ġustizzja

By
2019-02-17T14:54:34+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:54|

https://youtu.be/5oeTji9o4Es Meta qatlu lil Daphne Caruana Galizia, ħafna kienu xxukkjati. Imma ftit kienu sorpriżi. Għal ħafna snin, u l-aktar fl-aħħar xhur ta’ ħajjitha, neżżgħuha mid-dinjita’ tagħha ta’ bniedma. Kien jonqos biss li jneżżgħuha minn ħajjitha.  Meta libsuha ta’ saħħara ma kinux qed jiċċajtaw. Is-sħaħar nafu x’jiġrilhom. Id-diskors li qed isir illum mhux fuq is-sħaħar imma [...]

Verita’ u Ġustizzja: Vicky Ann Cremona

By
2019-02-17T14:46:25+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:46|

https://youtu.be/kLuL9XaCW58 Fit-18 ta’ Novembru, il-gażżetta it-Times ħarġet b’dan il-headline: Daphne murder mastermind suspects identified – investigators Iżda, mid-dehra tal-affarjiet, dawn is-suspects hebu, għax ħadd ma semmihom aktar, u ħadd ma qabadhom. Din gidba oħra min-naħa tal-pulizija u tal-gvern? Jew dawn il-mandanti huma tant protetti li qegħdin nippruvaw innessu l-poplu li jeżistu? Kumbinazzjoni, ftit jiem qabel, [...]

Verita’ u Ġustizzja: Joe Pace Asciak

By
2019-02-17T14:12:30+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:12|

https://youtu.be/Tc2w07nxf94 U għalfejn l-istudenti għandhom jitgħallmu l-istorja tal-arti? Għalfejn għandhom jitgħallmu l-istorja, il-ġografija, il-letteratura, l-istorja tal-mużika u tant suġġetti inutli oħra? U wara kollox, għalfejn għandhom jitgħallmu suġġetti bħal matematika u x-xjenzi? U mbagħad xi  ngħidu għall-ekonomija? Dan mhux suġġett għal esperti finanzjarji? Din hi mentalità pragmatika u misħuta, li xxettlet u ssaħħet  matul iż-żmien, [...]

Min qatel lil Daphne?

By
2019-02-16T14:58:03+01:00Sat, 16th Feb '19, 14:58|

Stqarrija ta' #occupyjustice:   Nhar is-Sibt filgħaxija, ittri kbar forma ta’ Scrabble li bla tlaqliq jistaqsu ‘Min qatel lil Daphne?’ tpoġġew fil-pjazza quddiem Kastilja biex ifakkru is-sittax -il xahar mill-qtil tal- ġurnalistà Daphne Caruana Galizia. Dan għamluh #occupyjustice, grupp ta’ attivisti immexxi minn nisa. “Il-Prim Ministru jista’ jħares mit-tieqa tal-uffiċċju tiegħu u jgawdi l-veduta tal-mistoqsija [...]

‘Dħakt bil-Parlament – imma b’daqshekk ma ġara’ xejn’

By
2019-02-17T08:14:04+01:00Sat, 16th Feb '19, 07:24|

Araw ftit il-mod kif Owen Bonnici jipprova jiżloq mill-gideb tiegħu stess permezz ta' gideb ieħor. Lil tal-Parlament Ewropew qalilhom li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu għaddew minn inkjesti u li ma kien instab xejn dwarhom. Meta t-Times of Malta staqsietu għal liema inkjesti seta' kien qed jirreferi, ammetta li f'dak li kien qal ma [...]

Rapporti fl-istampa Svediża: Yorgen Fenech ‘persuna mixlija b’tixħim, huwa sid ta’ sit elettroniku tal-imħatri fl-Isvezja’

By
2019-02-17T08:13:12+01:00Thu, 14th Feb '19, 14:07|

Photo: Reuters/Darrin Zammit Lupi Il-ġurnal Svediż Dagens Nyheter żvela li Yorgen Fenech, persuna li jinsab fiċ-ċentru tal-iskandlu tal-ħasil tal-flus dwar 17 Black, huwa sid kumpannija tal-imħatri li topera fis-suq Svediż. Il-kumpannija, li jisimha L&L Europe Limited u li hi reġistrata f'Malta, kienet ingħatat liċenzja mill-Isvezja biex tmexxi l-imħatri fuq 14 il-website.   Skont ir-Reġistru [...]

Ministeru ieħor u skandlu ieħor dwar korruzzjoni

By
2019-02-17T08:11:53+01:00Wed, 13th Feb '19, 10:58|

Bħallikieku xtaqu jfakkruna li l-korruzzjoni kienet hemm ukoll qabel l-2013, Ivan Camilleri kiteb rapport fit-Times of Malta dwar dak li kien is-Sindku tar-Rabat li, skont recordings li għandha f'idejha l-Pulizija, kien ixxaħħam b'rabta ma' kuntratt tat-tindif, kien ħassar il-kuntratt u pprova - bla ma rnexxielu - jakkwista żjieda fit-tixħim. Dan l-inċident allegatament seħħ fl-2006. Dak [...]

Il-parti d-dejqa tal-feles

By
2019-02-17T08:10:56+01:00Wed, 13th Feb '19, 10:28|

Il-gvern se jagħmel minn kollox biex l-iskandlu tal-korruzzjoni dwar it-tonn jinżamm strettament fuq livell amministrattiv. Il-phone records li xxandru l-bieraħ mill-istampa Spanjola jittrattaw dwar impjegata fis-servizz ċivili u, minn dak li sirna nafu s'issa, xxaħħmet biex tgawdi hi u ma xxaħħmitx ukoll għan-nom ta' ħaddieħor. Iżda hawn jeżistu l-kumplikazzjonijiet. Fl-2010, Andreina Fenech Farrugia kienet diġà [...]

Dnub li Joseph Muscat m’huwiex ħuta

By
2019-02-13T11:05:49+01:00Tue, 12th Feb '19, 15:03|

Dalgħodu fl-9.45, Malta Today xandret is-sejħa ta' Charlon Gouder biex titkeċċa d-Direttriċi Ġenerali tas-Sajd minħabba l-istejjer li feġġew fl-istampa Spanjola dwar it-tixħim li seħħ fl-industrija li hu stess ifekren fiha. Din is-sejħa saret eżatt fl-istess ħin li Ivan Martin tat-Times of Malta xandar tweet li fiha rrifera għall-għejjun mill-gvern li qalulu li din fil-fatt kienet [...]

Tajjeb. Jiġifieri issa se nibdew inkeċċu n-nies għax isiru l-allegazzjonijiet?

By
2019-02-13T11:04:06+01:00Tue, 12th Feb '19, 10:33|

F'ħin rekord, il-gvern ma qgħadx jaħsibha biex jiċċaqlaq dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li feġġew dalgħodu. Storja mxandra dalgħodu fil-5 f'ġurnal Spanjol tgħid li Andreina Fenech Farrugia, li sal-lum kienet għadha Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd, kienet ixxaħħmet qabel ippermettiet is-sajd illegali. Din ippermettiet kumpannija li tinnegozja fit-tonn (dik li nafu biha s'issa) li ssemmen tonn aktar mill-kwota [...]

Il-Pulizija Spanjola tinterċetta konversazzjonijiet telefoniċi tal-Direttur tas-Sajd Maltija li fihom instemgħet titlob ħlas bħala tixħim – sit Spanjol tal-aħbarijiet

By
2019-02-13T11:03:09+01:00Tue, 12th Feb '19, 09:40|

Illum is-sit elettroniku Spanjol El Confidencial xandar rapport dwar l-interċettazzjoni min naħa tal-Benemerita (il-pulizija ċivili Spanjola) ta' konversazzjonijiet telefoniċi li “bis-saħħa tagħhom inkxfu r-rabtiet li hemm bejn il-Kap tad-Dipartiment tas-Sajd f'Malta u organizzazzjoni kriminali li hi mdaħħla fis-sajd u l-bejgħ illegali tat-tonn”. Ir-rapport huwa msejjes fuq konversazzjoni telefonika li seħħet fl-20 ta' Ġunju 2018 bejn [...]

Jinsa’ dak li jaqbillu jinsa’

By
2019-02-12T15:08:40+01:00Mon, 11th Feb '19, 10:03|

Raphael Vassallo kiteb b'kemm jesa' patafjun fil-MaltaToday tal-bieraħ biex igħidilna li kien bi ħsiebu jwieġeb raġuni b'raġuni għal kull waħda mit-13 il-raġuni tiegħi il-għala nsostni li l-kelma ħielsa f'Malta tinsab mhedda. Sa fejn stajt nara, qata' qalbu u wasal sa raġuni numru 4 biss. Ma jimpurtax. Tagħsar kemm tagħsar l-argumenti tiegħu, tasal dejjem għall-istess konklużjoni [...]

Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta’ Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta’ politiċi korrotti

By
2019-02-11T09:32:13+01:00Sun, 10th Feb '19, 11:36|

Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel ilment dwar ksur tal-liġi Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-liġi dwar il-ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ persuni fil-poter. Repubblika għamlet l-ilment fuq din il-bażi legali: Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005/60/EC (it-tielet direttiva kontra l-ħasil tal-flus) u Tad-Direttiva li ħaditilha postha 2015/849 (ir-raba’ direttiva kontra l-ħasil tal-flus), [...]

Kliem mitkellem mill-warrani ta’ Raphael

By
2019-02-08T15:55:05+01:00Thu, 7th Feb '19, 14:04|

Din il-ġimgħa Raphael Vassallo kiteb artiklu taħt it-titlu li ġej: “Il-libertà tal-kelma tfisser ukoll il-liberta' li titkellem mill-warrani”. Għal dak li kiteb, ma setax għażel titlu aħjar. Dan irid jipperswadina li għal-liberta' tal-kelma f'Malta kollox ward u żahar u li min jilmenta li mhux kollox ward u żahar ikun qed jitkellem mill-warrani. Tgħid mhux hekk. [...]

Il-ħtija tixgħel f’wiċċu

By
2019-02-07T17:50:20+01:00Thu, 7th Feb '19, 02:51|

Il-bieraħ filgħaxija d-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ stqarrija li, fl-annali tal-istorja tiegħu, tista' titqies bħala waħda li tixbah sew lil dawk li kienu jinħarġu mill-gvernijiet ta' wara l-Purtiera tal-Ħadid. Konrad Mizzi sab mezz biex jurina dwar kemm hu kapaċi għall-gabirjoli, dwar kemm hu kapaċi għall-gideb u dwar kemm hu kapaċi jemmen il-gideb tiegħu stess. Bħal donnu jippretendi u [...]

Ma jafx jistħi

By
2019-02-07T17:47:35+01:00Wed, 6th Feb '19, 08:16|

Qabel tkompli taqra', segwi dawn l-49 sekonda ta' velenu li jqallagħlek l-istonku. https://www.facebook.com/robertabelaPL/videos/302895860420894/ Eżempju klassiku ta' tribaliżmu. Membru Parlamentari Laburista, li ma jifformax parti mill-gvern, jagħmel għażla strateġika u makakka billi lill-partitarji Laburisti jgħidilhom li tal-Labour għandhom "jibżgħu għan-nies tagħhom": messaġġ li, f'pajjiż mifni kif inhu bil-klijenteliżmu, ma jiskanta lil ħadd. Naf li, issa li [...]

Jean Claude Micallef kemm jiflaħ ikun ċuċ?

By
2019-02-06T08:22:10+01:00Tue, 5th Feb '19, 14:22|

Dalgħodu ktibt dwar il-kritika ammirevoli lir-razzisti li għamlet bint il-vittma Malti tal-attakk terroristiku talli dawn waħħlu f'kull min hu mis-Somalja għall-qtil ta' missierha li kien għadu kemm twettaq minn Somalu. Min jirraġuna b'dan il-mod jien sejjaħtlu ċuċ. U Jean Claude Micallef dlonk tfaċċa fix-xena. Dan il-post ittella' fl-istess ħin li jien ktibt il-blogpost tiegħi dalgħodu. [...]

Go to Top