M’hix skuża li, biex jaljenak, Joseph Muscat juża l-istess tattiċi ta’ Donald Trump. L-imġieba ta’ Joseph Muscat tfakkarna fl-imġieba ta’ Dom Mintoff.

Araw ftit kif irreaġixxa Joseph Muscat għal dak li kkonkluda Kumitat tal-House of Commons fir-Renju Unit minkejja ċ-ċaħdiet persistenti tiegħu fis-sens li jeżistu provi li Joseph Muscat kien f’kuntatt ma’ Henley & Partners u ma’ tal-SCL meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni. Wara li baqa’ jiċħad, lil tal-Kumitat tal-House of Commons issa qed jipprova jirredikolahom. Qalilna li fil-Parlament tar-Renju Unit hemm it-taħwid minħabba l-Brexit u allura – bħal speċi – dawn m’humiex kapaċi jiddeċiedu Joseph Muscat huwiex qed jigdeb f’wiċċna u wkoll f’wiċċhom dwar dak li kien għamel qabel l-2013.

Ma’ wħud li jgħixu hawn Malta, mġieba bħal din tinżel għasel. Din m’hi xejn ħlief mentalità klassika ta’ min igħix fi gżira żgħira u li moħħu biss biex jirredikola l-Parlament ta’ pajjiż barrani biex jidher ħelu u – għaġeb tal-għeġubijiet – jipprova jimpressjona lis-segwaċi bil-ħiliet tal-għaġeb li għandu. Din il-mentalità iżolana konna fassalnilha kelma adatta: Mintoffjaniżmu.

Araw ftit kif kundanna oħra mill-partiti kollha rappreżentati fil-Parlament Ewropew li fiha sar appell lill-umanità bażika li suppost għandu  waqgħet fuq widnejn torox. Il-Kumitat dwar il-Ġustizzja tal-Parlament Ewropew ħejja mozzjoni li permezz tagħha Joseph Muscat intalab jordna inkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u sabiex imexxu bl-eżempju u jordna lill-Ministri tiegħu iċedu kawżi ta’ libell li kienu saru f’ħajjitha u li qed ikomplu kontra wliedha.

Din il-mozzjoni m’hi xejn ħlief leħen ir-raġuni – leħen dinji li konna trabbejna fih li kien ukoll wieħed internazzjonalista u morali. Ċertament ma kienx leħen mogħni bil-perfezzjoni u kienu saru deċiżjonijiet żbaljati, iżda l-gvernijiet madwar id-dinja kienu jaspiraw li jagħmlu parti minn komunità internazzjonali li fissret l-aċċettazzjoni kemm tal-kontabilità kif ukoll tal-kritika. Victor Orban, Luigi di Maio, Matteo Salvini, Mateusz Morawiecki: dawn ilkoll huma eżempji ħajjin Ewropej ta’ imġieba differenti li qed tibgħatna lura għaż-żmien qabel tfasslu normi internazzjonali u moralità li tmur lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż. Għal żmien meta l-barbariżmu kien ħa s-soppravvent fuq iċ-ċiviltà Ewropea.

M’għandniex xi ngħidu, dan kollu m’huwiex qed iseħħ fl-Ewropa biss. Qed iseħħ f’kull rokna tad-dinja. Iżda fil-każ tal-Ewropa wieħed kien jistenna li dan il-kontinent kien missu tgħallem u fehem fejn tista’ twassal imġieba bħal din. Bħala werriet ta’ Dom Mintoff – u anki ta’ Karmenu Mifsud Bonnici u ta’ Alfred Sant – Joseph Muscat jaf sew jitgħajjar ma’ politiċi Ewropej.

Tiftakru lil Alfred Sant igħajjar Kummissarju Ewropeja bħala Talibana? Tiftakruh isejjaħ pubblikament għal sfreġju f’wiċċ Kummissarju ieħor?

Taħsbu li hawn xi ħadd li belagħha li issa kkonverta favur l-Ewropa?

Ftit kienu dawk li belgħuha li minn suldat feroċi kontra l-Ewropa fl-2004, Joseph Muscat ikkonverta u beda’ joħlom bl-istilel tal-Ewropa.

Joseph Muscat intebaħ li l-uniku mod kif jista’ jibqa’ jimraħ fil-wiċċ minkejja l-korruzzjoni u l-impunità tal-gvern tiegħu huwa billi jitgħajjar mal-barranin. Jaf li imġieba bħal din tinżel għasel mas-segwaċi tiegħu.

Aqraw din il-post li jien slitt minn waħda mill-grupp tal-Labour. Iżolati kif inhuma fil-kultura ta’ gżira, erħilhom iżejjnu diskorshom bi kliem bħal “tradituri” u li “jżommu mal-barrani” – jiġifieri mal-“għadu”.

Araw x’kitbet din is-Sinjura. Tridhom jisparawli.