Kif il-korruzzjoni ta’ min imexxi timmina saħħet il-familja tiegħek għal 99 sena

By
2018-02-05T07:23:01+01:00Sun, 4th Feb '18, 22:05|

Hija ħaġa mill-iktar frustranti meta tisma’ ċerti nies jammettu li għadhom ma jistgħux iħossuhom irrabjati għal kollox dwar il-korruzzjoni tal-gvern għax tant hemm kumplikazzjonijiet u tant xebgħu jisimgħu li diffiċli għalihom li jifhmu eżatt x’inhu jiġri. Li Joseph Muscat jinsab fil-quċċata ta’ muntanja ta’ korruzzjoni hija ħaġa li hi ammessa minn numru dejjem joktor ta’ [...]

The Sunday Times: No stone unturned

By
2018-02-05T13:46:44+01:00Sun, 4th Feb '18, 21:08|

Mill-artiklu tiegħi f'The Sunday Times tal-lum: “Bħallikieku mhux biżżejjed li jinsab imxekkel b’limitazzjonijiet ta’ natura kostituzzjonali u legali, il-Maġistrat Bugeja – waqt serata fuq it-televiżjoni li tista’ tissejjaħ bħala l-kristallnacht ta’ dan ir-reġim - kien ġie ukoll imwissi minn Muscat li jkun hemm konsegwenzi jekk il-konklużjonijiet tiegħu ma jdoqqulux għal widnejħ. Meta mbagħad il-ġurnalista li [...]

Adrian Delia ddeċieda li jokkupa l-Ġustizzja?

By
2018-02-05T20:21:15+01:00Sun, 4th Feb '18, 06:55|

Hu f'idejn il-kapijiet tal-Partiti li jassenjaw oqsma ta' responsabbiltà lill-grupp parlamentari tagħhom. Dan kollu hu speċi ta' prova finali għall-eżerċizzju tal-prerogattiva tal-Prim Ministru li skont ir-regoli tagħna tagħtih id-diskrezzjoni kompleta li jaħtar jew ineħħi l-ministri tal-gvern, ovvjament filwaqt li hu stess jinżamm taħt id-diskrezzjoni li jinħatar jew jitneħħa mill-Partit tiegħu stess. Il-kapijiet tal-Partiti għandhom saħħa [...]

McMafia: Ir-Renju Unit se jitlob lill-oligarki Russi jagħtu rendikont ta’ ġidhom

By
2018-02-04T22:43:15+01:00Sun, 4th Feb '18, 05:46|

Il-Gvern tar-Renju Unit qed jipprova jwaqqaf lill-oligarki Russi li qed jużaw il-pajjiż biex jaħslu l-flus li jaqilgħu b'mod illegali. Rapport f'The Times tar-Renju Unit iddiskuta dan mal-Ministru tas-Sigurtà, Ben Wallace, f'intervista li saret  wara l-effett li ħalliet id-drama tal-BBC, McMafia, dwar Russi li jilbsu b'mod impekkabbli waqt li jaħslu l-miljuni fir-Renju Unit. L-istorja ssegwi l-flus [...]

Il-President tal-PE jerġa’ jappella għal investigazzjoni internazzjonali dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2018-02-05T17:54:14+01:00Sun, 4th Feb '18, 05:28|

Ronchi de Legionari huwa belt id-daqs taż-Żurrieq fil-fruntiera Taljana mas-Slovenja. Il-press club ta' din il-belt ħoloq premju għall-ġurnaliżmu li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia. Ħabbar ukoll li ngħata l-patroċinju ta' dan il-premju mill-Parlament Ewropew. Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni tal-ġurnalisti ta' Ronchi qalet, "dan huwa rikonoxximent importanti għall-assoċjazzjoni żgħira ta' Ronchese li, għal dawn l-aħħar xhur, kienet qed [...]

Go to Top