Mill-artiklu tiegħi f’The Sunday Times tal-lum:

Bħallikieku mhux biżżejjed li jinsab imxekkel b’limitazzjonijiet ta’ natura kostituzzjonali u legali, il-Maġistrat Bugeja – waqt serata fuq it-televiżjoni li tista’ tissejjaħ bħala l-kristallnacht ta’ dan ir-reġim – kien ġie ukoll imwissi minn Muscat li jkun hemm konsegwenzi jekk il-konklużjonijiet tiegħu ma jdoqqulux għal widnejħ. Meta mbagħad il-ġurnalista li kienet kixfet l-informazzjoni li wasslet għall-inkjesta minn Bugeja ġiet assassinata b’karozza bomba, din it-twissija li tkexkex akkwistat sinjifikat ġdid

“Xhud ewlenija f’inkjesta issa ġiet eliminata. Oħrajn, probabbilment aktar minn persuna waħda, raw lill-Prim Ministru iqum bil-wieqfa fil-Parlament hu u jwissihom li hemm termini ta’ ħabs twal għal dawk li jikxfu dak li jafu. Meta dawn in-nies – mhux Jonathan Ferris biss – jiffaċċjaw lil uliedhom, irid ta’ bilfors iwieżnu bejn sentenza ta’ ħabs u l-kxif ta’ informazzjoni li l-pulizija żgur se tinjora.       

Xhud oħra qed tiġi mhedda, intimidata u segwita minn pajjiż għall-ieħor permezz tal-użu tas-setgħat formali u informali kollha li jistgħu jintużaw. Ir-rapporti fuq il-mezzi tax-xandir Ċiprijotti li xlew lil Maria Efimova b’suspetti dwar is-sehem tagħha fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia saru apposta biex jimmalafamawha.

U biex taparsi jidher li qed jagħmel sforz ġenwin, Muscat awtorizza lil Henley & Partners, u possibilment lil Pilatus Bank, biex jirrikorru għall-kawżi SLAPP – għodda maħluqa apposta biex issikket lill-ġurnalisti investigattivi li jkunu qed jaqdu dmirhom.   

“Id-dinja kollha issa qed tintebaħ bil-qerq ta’ dan il-gvern”

L-artiklu jinsab hawn.