Kampanja għall-Vot 16

By
2018-02-12T18:20:12+01:00Mon, 12th Feb '18, 17:05|

Ilni ħafna naħseb kif, f'nofs din l-ewforija kollha dwar l-emanċipazzjoni ta' dawk li jagħlqu 16 u 17, nista' nispjega bl-aħjar mod il-fatt li ma nħossnix komdu b'din il-proposta. Imbagħad rajt dan ir-ritratt ta' hawn taħt u probabbli ma għandi għalfejn inżid xejn aktar, għax tifhmuni mill-ewwel. Possibbli huwa dan li għandna bżonn biex ikollna demokrazija [...]

Żbalji monumentali

By
2018-02-12T18:19:56+01:00Mon, 12th Feb '18, 16:40|

Ma rridx nidħol fil-merti jekk għandux isir monument permanenti biex ifakkar lil Daphne Caruana Galizia, meta għandu jsir u fejn. Jekk nipprova nagħmel hekk probabbli jirnexxili nifforma opinjoni dwar dan, imma ma naħsibx li bħalissa dan hu l-aktar suġġett importanti fuq l-aġenda nazzjonali. Meta madwar xahar ilu tkellimt fl-attività li saret maġenb il-monument tal-Assedju l-Kbir [...]

Xi tridna naħsbu, Neville Gafà?

By
2018-02-12T14:02:18+01:00Mon, 12th Feb '18, 14:02|

Mid-dehra għamel f’qalbu Neville Gafà għax għandu reputazzjoni ta’ korruzzjoni tinten imdendla ma’ għonqu, b’mod partikolari minħabba l-akkużi ta’ estorsjoni fuq viżi maħruġa lil immigranti.     Dan l-aħħar bgħat tweet mimlija rabja fil-konfront tal-MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg għax din kellha l-“ardir” li tibgħat retweet lil xi ħadd li kien bgħatlu tweet li kkwota rapport imxandar fil-ġurnali li kwart tal-istudenti tal-Universita’ [...]

Il-Malta Gaming Authority f’azzjoni kontra liċenzjati Taljani

By
2018-02-12T21:09:46+01:00Mon, 12th Feb '18, 12:14|

Skond il-ġurnal speċjalizzat dwar l-industrja tal-gaming GamingCompliance, “għejjun awtorevoli Maltin” sostnew li il-liċenzji li ngħataw lil-kumpanniji Taljani tal-online gaming se jiġu investigati bil-għan li jitkissru r-rabtiet li dawn għandhom mal-ħwienet tal-imħatri fl-italja. Azzjoni bħal din messha ilha li ttieħdet. Din hi aħbar tajba għal industrija imċappsa kif inhi bid-dell tal-mafja li ilha tuża lil Malta biex taħsel [...]

Il-MAM m’għandhiex titħalla waħedha

By
2018-02-12T21:15:04+01:00Mon, 12th Feb '18, 10:26|

Wasal sew iż-żmien li l-unions l-oħra jsemmgħu leħinhom dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Il-MAM, il-union tat-tobba, illum ħarġet stqarrija (ara hawn taħt) biex tfakkar lil kulħadd kif opponiet, fil-biċċa l-kbira waħedha, iż-żarmar tas-servizz nazzjonali tas-saħħa tagħna mindu dak il-ġenju, Konrad Mizzi, ħolom b'din l-idea korrotta. U kif - ironika ħafna din - minħabba l-iskandli tal-korruzzjoni li ilhom [...]

Go to Top